Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ġejjieni tal-Unjoni jinsab f'idejn iż-żgħażagħ - 12/08/2009

L-Unjoni Ewropea toffri liż-żgħażagħ il-possibbiltà li jesprimu ruħhom u jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom biex jibnu dinja sostenibbli.

Fl-okkażjoni tal-għaxar edizzjoni tal-Jum Internazzjonali taż-zgħażagħ English, l-Unjoni Ewropea (UE) tfakkar li l-parteċipazzjoni soċjali, ekonomika u politika taż-żgħażagħ hi essenzjali għall-progress u l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetà tagħna.

L-UE għandha 96 miljun żagħżugħ bejn il-15 u d-29 sena, jiġifieri madwar 20% tal-popolazzjoni tagħha. Biex tirrispondi għall-istennijiet tagħhom, qed timplimenta programm li jismu "Żgħażagħ fl-azzjoni" DeutschEnglishfrançais. L-għanijiet tiegħu hu li jippromwovi l-parteċipazzjoni, is-solidarjetà u t-tolleranza fost iż-żgħażagħ Ewropej, iżda wkoll li jqanqal interess dwar il-ġejjieni tal-Unjoni.

Biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, il-programm jipprevedi ċertu numru ta' azzjonijiet li:

• jiffavorixxu l-mobilità fi ħdan l-UE u lil hinn mill-fruntieri tagħha;

• jippromwovu l-edukazzjoni mhux formali u d-djalogu interkulturali;

• jinkuraġġixxu l-inklużjoni taż-żgħażagħ kollha, bla distinzjoni tal-isfond edukattiv, soċjali jew kulturali.

F'dan il-qafas, is-servizz volontarju Ewropew DeutschEnglishfrançais (SVE) jappoġġa l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'diversi forom ta' attivitajiet ta' volontarjat, kemm fl-UE u kemm barra l-UE. Is-SVE jippermetti liż-żgħażagħ bejn it-18 u t-30 sena biex jikkontribwixxu fi proġetti ta' interess ġenerali barra minn pajjiżhom matul perjodu ta' xahrejn sa 12-il xahar. B'hekk jgħixu esperjenza f'mument importanti ta' ħajjithom.

Fix-Xitwa li għaddiet, tmien żgħażagħ Ewropej motivati marru fil-belt ta' Redon, fil-Lvant ta' Franza, għal proġett SVE. Intlaqgħu minn skejjel u assoċjazzjonijiet tal-belt u għenuhom jorganizzaw il-"Ġimgħa tal-Ewropa". F'din l-esperjenza tejbu l-għarfien lingwistiku tagħhom u fetħu l-orizzonti tagħhom. Żgur li grazzi għal azzjonijiet simili l-Ewropa timxi l-quddiem.

Aktar informazzjoni dwar il-politika taż-żgħażagħ fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli