Mogħdija tan-navigazzjoni

Ninvestu fiż-żgħażagħ - 27/04/2009

Ritratt ta' grupp ta' seba' żgħażagħ ©EC

Ir-rata tal-qgħad qed togħla iktar malajr fost iż-żgħażagħ. Dan juri l-ħtieġa għal strateġija fit-tul biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tagħhom.

Bħala parti mir-rispons għall-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni qed tipproponi tibdiliet fl-approċċ tagħha lejn il-politika taż-żgħażagħ għall-għaxar snin li ġejjin. Permezz ta' oqsma ta' politika transversali, l-istrateġija l-ġdida DeutschEnglishfrançais tara li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ.

Bħala l-ewwel ġenerazzjoni li qed tikber f'Ewropa paċifika u bla fruntieri, iż-żgħażagħ Ewropej bejn il-15 u l-25 sena għandhom iktar opportunitajiet mill-ġenituri u n-nanniet tagħhom. Iżda l-isfida li dejjem tikber biex isibu impjieg stabbli timplika li ħafna minnhom jgħixu f'kondizzjonijiet prekarji li jwaqqfuhom milli jsiru indipendenti u kompletament integrati fis-soċjetà. Bosta żgħażagħ Ewropej ikollhom jaċċettaw xogħolijiet temporanji għax ma jirnexxielhomx isibu post fiss.

Minbarra l-azzjonijiet eżistenti DeutschEnglishfrançais l-UE qed tipprova tagħmilha iktar faċli għall-pajjiżi biex jikkoordinaw l-isforzi biex jiftħu l-bibien għall-edukazzjoni u l-impjieg u jinvolvu iktar liż-żgħażagħ fis-soċjetà, per eżempju permezz ta' azzjoni ċivika. B'mod partikolari, l-istrateġija tisħaq fuq l-importanza tal-edukazzjoni mhux formali, il-volontarjat u t-taħriġ vokazzjonali biex ikollhom fuq xiex jibbażaw meta jmorru fis-suq tax-xogħol, speċjalment dawk il-15% taż-żgħażagħ li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien.

Il-Kummissjoni tistieden lill-gvernijiet nazzjonali jimpenjaw ruħhom fi djalogu regolari maż-żgħażagħ, riżorsa ferm prezzjuża. Iż-żgħażagħ huma vitali biex iġeddu l-forza tax-xogħol li qed tixjieħ. Illum jirrappreżentaw 20% tal-popolazzjoni iżda fl-2050 mistenni li jirrappreżentaw biss 15%.

L-UE ppubblikat rapport dettaljat dwar iż-żgħażagħ English, li għall-ewwel darba jagħti ħarsa komprensiva tas-sitwazzjoni tagħhom. Minn issa 'l quddiem rapporti simili se jiġu ppubblikati kull tliet snin.

Madwar 17.5% tal-Ewropej taħt il-25 sena kienu qegħda fi Frar, imqabbla mal-14.7% fi Frar 2008. Ir-rata l-ġdida hija iktar mid-dobbju tar-rata tal-qgħad ġenerali tal-UE, li laħqet is-7.9% minn 6.8% matul l-istess perjodu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli