Mogħdija tan-navigazzjoni

Ideat iċaqilqu l-Ewropa f'jum ir-Rebbiegħa - 14/04/2009

Il-logo ta' Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa 2009 © EC

Politiċi Ewropej għandhom iżuru skejjel madwar l-Ewropa bħala parti minn 'Jum ir-Rebbiegħa' 2009.

Qed isiru dibattiti u kompetizzjonijiet dwar l-UE fi skejjel madwar l-UE bħala parti minn jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa. Kummissarji u membri tal-Parlament Ewropew qed jagħtu sehmhom billi jżuru l-iskejjel u jwieġbu mistoqsijiet onlajn.

Wieħed mill-avvenimenti ewlenin ta' jum ir-Rebbiegħa jieħu personalitajiet pubbliċi “lura l-iskola” biex jiddiskutu temi Ewropej mal-istudenti. Il-lista ta' mistiedna potenzjali tinkludi MEPs, Kummissarji Ewropej, professuri tal-università u rappreżentanti minn awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. Iżda fl-aħħar mill-aħħar huma l-istudenti li jiddeċiedu ma' min jixtiequ jiltaqgħu u jistidnuhom huma stess.

L-artikli fir-rivista elettronika dwar jum ir-Rebbiegħa English huma punt ta' tluq tajjeb għal kull min qed ifittex suġġett biex jiddiskuti. Artikli riċenti, minn studenti ta' bejn 10 u 20 sena jkopru l-impatt fuq l-iskejjel ta' pjan ġdid fil-Portugall biex kulħadd juża aktar teknoloġija, u t-tifsiriet tal-kreattività u l-innovazzjoni - it-tema tas-sena Ewropea 2009 English .

Jum ir-Rebbiegħa huwa avveniment annwali miftuħ għall-iskejjel kollha fl-Ewropa u lil hinn. Meta l-iskejjel jirreġistraw, ikollhom aċċess għall-attivitajiet tal-portal, kompetizzjonijiet, riżorsi, strumenti u servizzi. Jikkomunikaw ma' skejjel minn madwar l-Ewropa kollha biex jiskambjaw ideat u jiskopru aktar dwar kulturi oħra.

Jum ir-Rebbiegħa huwa organizzat minn European schoolnet, netwerk ta' 31 ministri Ewropej tal-edukazzjoni, b'finanzjament mill-UE.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli