Mogħdija tan-navigazzjoni

Inwessgħu l-possibilitajiet fl-edukazzjoni avvanzata - 16/02/2009

Aktar studenti Ewropej se jirċievu boroż ta' studju barra permezz tal-programm Erasmus Mundus li qed jiġi estiż.

L-UE approvat żieda ta' erba' darbiet aktar fil-baġit 2009-2013 għall-programm Erasmus Mundus English, li jippromwovi skambju bejn studenti minn universitajiet Ewopej u dawk madwar id-dinja. Din iż-żieda tgħolli l-baġit ta' ħames snin għal €950 miljun.

Bil-fondi miżjuda, il-programm għandu jiġi estiż għal studenti fil-livell tad-dottorat u l-appoġġ għandu jiżdied għall-Ewropej biex jistudjaw f'pajjiżi barra mill-UE. Fl-ewwel fażi bejn 2004-08, aktar minn 6,000 student u 1,000 għalliem minn barra l-Ewropa ħadu għotjiet fl-iskema Erasmus Mundus biex isegwu interessi akademiċi fl-Ewropa. Apparti mit-titjib fil-kwalità tal-edukazzjoni avvanzata fl-Ewropa, il-programm jittanta jippromwovi l-fehma kulturali.

Aktar dwar il-programm Erasmus English

Studja fl-Ewropa Englishespañolfrançaisportuguês

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli