Mogħdija tan-navigazzjoni

Komunità virtwali għall-iskejjel - 13/02/2009

Għalliema jwasslu websajt edukattiva lejn is-suċċess.

Oriġinarjament ġie mniedi bħala proġett biex jgħin lill-iskejjel jikkollaboraw permezz tal-internet. Iżda wara erba' snin, il-websajt iffinanzjata mill-UE ħadet xejra popolari ġdida: sar post popolari għas-soċjalizzazzjoni tal-għalliema.

S'issa madwar 55,000 għalliem, kap għalliema u librara minn 29 pajjiż inkitbu b'xejn mal-eTwinning portal u l-abbonamenti qed jiżdiedu ġmielhom.

“Qatt qabel ma rajna l-iskejjel Ewropej jikkolaboraw fuq skala daqstant kbira,” kiteb wieħed mill-akkademiċi li f'pubblikazzjoni reċenti - eTwinning – Avventuri fil-lingwa u l-kultura - bassar riżultati importanti.

Is-servizz onlajn tnieda fl-2005 taħt il-programm edukattiv DeutschEnglishfrançais tal-UE Comenius. Dan għadu jwettaq l-għanijiet li għalihom ġie mfassal, jiġifieri jippermetti lill-iskejjel jibnu klassijiet virtwali mgħammra b'għodod bħal konferenzi awdjo u viżivi. Studenti f'pajjiżi differenti jistgħu jorganizzaw laqgħat, jaħżnu xogħol u jiskambjaw riżorsi fuq proġetti konġunti f'ambjent sikur. Attwalment insibu 5,300 proġett reġistrati mal-portal li huma disponibbli f'23 lingwa. Wieħed għandu jsib passi li jista' jsegwi biex joħloq proġetti bħal kumpanija fittizja. Filwaqt li għaż-żgħar hemm passi biex jibnu storja diġitali.

Madankollu, kif ta' spiss jiġri fl-ispazji virtwali, il-websajt ħadet sura partikolari hekk kif aktar u aktar għalliema skoprewha. Mill-55,000 membri attivi, żewġ terzi mhumiex irreġistrati b'proġett skolastiku. Il-biċċa l-kbira rreġistraw biex jiltaqgħu ma' professjonisti oħra fil-qasam edukattiv u jaqsmu l-ideat. Kull xahar l-għalliema jiktbu 'l fuq minn 5,000 messaġġ fuq is-sit.

Il-portal huwa mmexxi mill-Ischoolnet Ewropew English , parternarjat bejn 31 ministru tal-edukazzjoni Ewropej. Meta raw li kisbu dan is-suċċess frisk, is-sena l-oħra il-webmasters nedew verżjoni ġdida tal-portal sabiex iħeġġu din id-drawwa. Dan għandu għodod ġodda (bħal blogs u wikis) maħsuba għall-kollaborazzjoni ġenerali u mhux proġetti biss.

Il-konkors għall-aqwa proġetti jseħħ kull sena. Fost il-finalisti ta' din is-sena insibu proġett minn erbat iskejjel (fir-Renju Unit, Franza, Spanja u l-Italja). Dan jinvestiga l-użu tal-podcasts bħala mezz ta' tagħlim. Ir-rebbieħa se jitħabbru waqt il-konferenza annwali tal-eTwinning li se sseħħ fi Praga matul it-13 u l-15 ta' Frar.

Aktar dwar il-programmi edukattivi tal-UE – it-tagħlim matul il-ħajja DeutschEnglishfrançais .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli