Mogħdija tan-navigazzjoni

Brawżing aktar sikur għat-tfal - 10/02/2009

L-UE tikkummissjona ftehim għal internet aktar sikur ma' 17-il sit ta' soċjalizzazzjoni.

Sbatax-il sit web prominenti laħqu ftehim biex jistabilixxu protezzjoni biex iħarsu l-interessi taż-żgħażagħ fir-rigward ir-riskju tal-privatezza u s-sigurtà tagħhom. Fost dawn is-siti nsibu Facebook, MySpace, YouTube, il-websajt Franċiża Dailymotion u Habbo Hotel - dinja virtwali popolari fost it-tfal.

Fl-Ewropa matul l-aħħar sena, is-soċjalizzazzjoni onlajn żdiedet b'aktar minn 35%. Madwar 42 miljun persuna huma utenti regolari. Ċifra li mistennija tirdoppja sal-2012.

Is-siti għas-soċjalizzazzjoni jħeġġu lill-utenti biex iħossuhom li huma fost grupp ta' ħbieb magħqud meta fir-realtà jista' jkun hemm miljuni ta' nies li qed jaqraw dwarhom. Dawn l-ispazji diġitali ta' informazzjoni privata jqajmu r-riskji li utent jista' jirċievi abbużi jew li jikkuntattjah xi trasgressur sesswali.

Fl-istess waqt dawn is-siti huma rikkezzi għal min jirreklama onlajn, minħabba l-fatt li l-utenti jitfgħu tagħrif dwarhom infushom. Dawn jistgħu jirċievu tagħrif dwar prodotti jew servizzi li jistgħu jinteressawhom.

Skont ftehim li ġie ffirmat waqt ċerimonja li tfakkar il-Jum iddedikat għal Internet aktar Sikur DeutschEnglishfrançais , is-17-il kumpanija qablu li jassiguraw li:

  • l-utenti jistgħu jirrappurtaw abbuż permezz ta' klikk
  • bis-saħħa ta' programazzjoni awtomatika, il-profili u l-listi tal-kuntatt ta' utenti taħt l-età ta' 18-il sena jiġu ssettjati bħala "privati"
  • il-profili privati ta' utenti taħt it-18-il sena ma jkunux jistgħu jiġu mfittxija
  • l-għażliet ta' privatezza se jkunu aktar evidenti sabiex l-utenti jistgħu jkunu jafu min jista' jara l-kontenut li jkunu poġġew onlajn - sħabhom biss jew id-dinja kollha.

 

Il-kumpaniji taw kelmthom li sa April 2009 se jseħħ progress importanti lejn l-implimentazzjoni tal-ftehim. F'ċerti każijiet il-politiki diġà ġew stabbiliti hekk kif in-netwerks jippruvaw jipproteġu lilhom infushom kontra l-akkużi ta' vjolazzjoni tal-privatezza u l-attività illegali. Matul l-aħħar sentejn MySpace rrapporta 90,000 trasgressur sesswali.

Viviane Reding, Il-Kummissarju għas-soċjetà tal-informazzjoni u l-midja, sejħet il-ftehim bħala "pass importanti" fit-tiswir ta' soċjalizzazzjoni onlajn aktar sikura għat-tfal.

Barra minn hekk il-Kummissjoni nediet kampanja kontra l-ibbulljar onlajn li jikkonsisti f'abbuż fuq l-internet jew il-mowbajl. Problema li kull ma jmur qed tikber. Normalment din isseħħ f'forma ta' messaġġi ostili kif ukoll f'ritratti jew filmati mibgħuta biex iħammru wiċċ l-utenti.

Bħala parti mill-kampanja, fl-istazzjonijiet tat-televiżjoni madwar l-Ewropa qed jintwera filmat dwar żgħażugħa f'mira tal-ibbulljar onlajn.

Aktar dwar il-programm tal-UE għal internet sikur English .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli