Mogħdija tan-navigazzjoni

Suċċess barra minn xtutna - il-premju Border Breakers jiċċelebra l-istilel ġodda - 14/01/2009

Il-Logo tal-Premju European Border Breakers 2009© KE

Mużiċisti Ewropej onorati għall-ewwel albums tagħhom li jinbiegħu l-aktar.

Għaxar stilel ġodda se jkunu fiċ-ċentru tal-attenzjoni għall-premju European Border Breakers English ta' din is-sena. Il-premju Ewropew ikejjel is-suċċess mal-firxa tal-udejenza li tintlaħaq u jingħata lil mużiċisti bl-ewwel albums tagħhom li jinbiegħu l-aktar, bla ma jingħadd pajjiżjhom.

Ir-rebbieħa ta' din is-sena huma fost il-gruppi l-iktar in voga fix-xena mużikali Ewropea - Adele (ir-Renju Unit), Alphabeat (id-Danimarka), AaRON (Franza), Cinema Bizarre (il-Ġermanja), The Dø (Franza), Kraak & Smaak (l-Olanda), Ida Corr (id-Danimarka), Lykke Li (l-Iżvezja), The Script (l-Irlanda) u The Ting Tings (ir-Renju Unit).

Il-premju se jkun ippreżentat f'ċerimonja televiżiva fil-belt Daniża ta' Groningen fil-lejla li tiftaħ il-festival mużikali EuroSonic Noorderslag EnglishNederlands. Il-personalità televiżiva Brittanika Jools Holland se jmexxi s-serata, li se tikkonsisti f'rappreżentazzjonijiet minn rebbieħa kurrenti u preċedenti.

Fis-sitt sena tiegħu, dan il-premju jesponi s-suċċess internazzjonali u jappoġġa l-industrija mużikali Ewropea, li timpjega madwar 600,000 ħaddiem.

Rebbieħa preċedenti issa jinkludu artisti stabbiliti bħal Carla Bruni, Tokio Hotel, Damien Rice, The Fratellis u Gabriel Rios Deutsch English français , kantant imwieled il-Porto Rico li jgħix fil-Belġju. Se jieħu sehem fiċ-ċerimonja ta' din is-sena, li se tkun irreġistrata f'xandira diretta u mxandra permezz tan-netwerk EBU tal-istazzjonijiet tat-televiżjoni u r-radjijiet is-Sibt 17 ta' Jannar fit-20:15 (CET).

Wieħed mir-rebbieħa tas-sena li għaddiet kien il-grupp rock Finlandiż Sunrise Avenue, li rebaħ bl-album tiegħu "On The Way to Wonderland". Mikko Saukkonen, il-promotur tal-kumpanija tal-grupp, Bonnier Amigo, qal li l-premju diġà ġibed l-attenzjoni tal-grupp, li bħalissa qed jirreġistra t-tieni album tiegħu. "Ċerti li se jgħin lill-grupp fil-futur."

Ara jew isma' l-ispettaklu permezz tal-European Broadcasting Union English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli