Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-bliet jibdew il-festa kulturali ta' sena sħiħa - 07/01/2009

Persuni jisimgħu r-Rocket Symphony lejliet l-Ewwel tas-Sena waqt kunċert fuq barra © Linz09

Linz u Vilnius jiċċelebraw id-debutt tagħhom bħala bliet Ewropej tal-kultura.

F'nofsilejl tal-31 ta' Diċembru, eluf ta' koppji fil-belt Awstrijaka ta' Linz fetħu l-ballu fuq in-noti ta' valtz Vjenniż. Ftit minuti aktar tard, mijiet ta' kantanti tferrxu max-xatt tad-Danubju fejn għall-ewwel darba ndaqqet ir-"Rocket Symphony", xogħol il-kompożitur Brittanniku Orlando Gough li juża l-murtali bħala perkussjoni u trumbetti.

Madankollu l-wasla tal-2009 ma kinitx ir-raġuni ewlenija għal dan l-ispettaklu. Dan kollu kien aktar relatat mat-tnedija ta' Lintz bħala l-belt Ewropea tal-kultura DeutschEnglishfrançais.

Din is-sena, Linz English taqsam it-titlu mal-belt kapitali Litwana, Vilnius DeutschEnglishfrançaislietuvių kalbapolski, li bdiet is-sena b'spettaklu tad-dwal elaborat mill-artist Ġermaniż Gert Hof.

L-ispettakli tal-Ewwel tas-Sena kienu biss il-bidu. Tul din is-sena, iż-żewġt ibliet mistennija jtellgħu mijiet ta' kunċerti, wirjiet u festivals. Vilnius se tiftaħ mużew ġdid tal-arti kontemporanja u Linz se tagħmel żieda ġdida importanti għaċ-ċentru tagħha tal-arti elettronika.

Mill-1985, it-titlu ta' belt Ewropea ngħata lil 39 belt. Linz u Vilnius huma l-bliet ta' din is-sena. Attwalment dan it-titlu jikseb €1.5m mill-fondi tal-UE. Bosta ġew mibdula mill-esperjenza li ta' spiss tinvolvi titjib sostanzjali fl-infrastruttura. Kemm Linz u Vilnius bdew it-tħejjijiet tagħhom snin ilu.

B'ftit aktar minn nofs miljun abitant, Vilnius hija l-ikbar belt ġol-Litwanja. Imwaqqfa fis-seklu 14, għal sekli sħaħ Vilnius kienet il-punt li tgħaqqad il-kulturi Litwana, Pollakka, Russa u Lhudija. Iżda tul it-Tieni Gwerra Dinjija l-komunità Lhudija ġiet meqruda u l-wirt kulturali tal-belt kompla jiġi soppress taħt il-ħakma Sovjetika.

200,000 persuna jgħixu Linz. Taħt in-Nazisti, minn raħal żgħir nibtet belt industrijali. Dawn ippjanaw li jbiddluha f'ċentru kulturali ewlieni.

Din is-sena l-wirja msemmija “Il-Kapitali Kulturali tal-Führer” tpoġġi dawk il-pjanijiet għall-eżaminazzjoni kritika u titfa dawl fuq l-impatt tan-Nazisti fuq l-arti, il-mużika u l-letteratura fir-reġjun.

Il-bliet kapitali tal-2008, Liverpool fir-Renju Unit u Stavanger fin-Norveġja jgħaddu t-tmun lil Linz u Vilnius.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli