Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tradutturi tal-futur juru xi jsarrfu - 28/11/2008

Tifla u tifel jaħdmu fuq traduzzjonijiet

Żgħażagħ ta' 17-il sena minn madwar l-UE jittestjaw il-ħiliethom fit-traduzzjoni.

Skont il-kittieb u l-intellettwali Taljan Umberto Eco "it-traduzzjoni hija l-lingwa tal-Ewropa".

Fis-27 ta' Novembru, 'il fuq minn 2000 student iċċelebraw il-lingwa tat-traduzzjoni billi pparteċipaw fil-konkors Juvenes Translatores – organizzat mill-Kummissjoni Ewropea għat-tradutturi debuttanti fl-iskejjel sekondarji madwar l-UE.

Għal din l-isfida daħlu skejjel u studenti minn Guadeloupe fil-Karibew sa Kittilä fit-tramuntana taċ-Ċirku Artiku. L-istudenti ħadmu sod biex jipproduċu traduzzjonijiet li jsegwu t-test oriġinali u wrew għarfien tajjeb tal-lingwa mira.

Il-parteċipanti kellhom il-libertà jagħżlu kwalunkwe par ta' lingwi għat-traduzzjoni tagħhom, għalkemm kien irrakkomandat li jittraduċu fl-ilsien nattiv tagħhom jew għal-lingwa li fiha jħossuhom l-aktar kunfidenti li tagħtihom l-aħjar riżultat. B'mod ġenerali t-testi għat-traduzzjoni kienu kollha fuq l-istess suġġett, iżda ma kienux identiċi għat-23 lingwa. It-tradutturi tal-Kummissjoni se jikkoreġu t-traduzzjonijiet skont l-abilità tal-parteċipanti biex jużaw it-termini korretti, jiktbu b'mod fluwenti u jsibu s-soluzzjonijiet kreattivi għall-problemi li sabu matul it-traduzzjoni.

Juvenes Translatores (li bil-Latin tfisser "tradutturi żgħażagħ") tfittex li tippromwovi l-użu tal-lingwi barranin fl-Ewropa u b'mod partikolari t-traduzzjoni. Din tnibbet interess fit-tagħlim tal-lingwi u t-traduzzjoni u saħansitra xi skejjel iddeċidew li jorganizzaw il-konkorsi tagħhom stess. Bħal bosta mir-rebbieħa tas-sena l-oħra, għadd ta' studenti li għamlu l-konkors jagħmlu parti minn familji li jitkellmu żewġ lingwi - vantaġġ prezzjuż li jistħoqqlu apprezzament.

Is-27 rebbieħ - wieħed minn kull pajjiż membru tal-UE – f'April se jiġu mistiedna fi Brussell għal ċerimonja tal-għotja ta' premijiet mal-Kummissarju għall-Multilingwiżmu, Leonard Orban, u jiltaqgħu mat-tradutturi tal-Kummissjoni sabiex jitgħallmu aktar dwar xogħolhom. Madankollu, lil hinn mir-rikonoxximent, l-aktar esperjenza pjaċevoli għar-rebbieħa tas-sena l-oħra kienet meta saru jafu lil xulxin u kkomunikaw b'lingwa komuni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli