Mogħdija tan-navigazzjoni

Iż-żgħażagħ Ewropej isalpaw flimkien - 31/10/2008

Żgħażagħ qed jaħslu l-art fuq vapur © KE

Żgħażagħ minn disa' pajjiżi jitgħallmu jbaħħru u jaħdmu flimkien bis-saħħa ta' programm tal-UE għaż-żgħażagħ.

Ġew minn disa' pajjiżi differenti minn madwar l-Ewropa. Imma kellhom ħaġa waħda komuni - ilkoll kienu jafu jgħumu.

U mhux b'kumbinazzjoni. It-52 żgħażugħ u żgħażugħa ddeċidew li jqattgħu sa sitt ijiem ta' servizz fuq vapur tal-flotta Portugiża biex, mhux biss jaraw kemm huma kapaċi jbaħħru, imma wkoll kemm għandhom ħila jingwalawha sew flimkien.

Dan kien wieħed fost 33 proġett li jikkompetu wkoll għal premjijiet English matul il-ġimgħa Ewropea taż-żgħażagħ (2-9 ta' Novembru). Il-proġetti, li huma parti mill-Programm tal-UE "Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni" English, għandhom l-għan li jħeġġu l-apprezzament u t-tolleranza fost kulturi differenti.

U, biex iseħħ dan, x'hemm aqwa milli tpoġġi grupp ta' nies minn pajjiżi u kuntesti differenti bħala ekwipaġġ fuq vapur?

Fi kliem Alexandre Jacinto ta' H2O, l-assoċjazzjoni Portugiża taż-żgħażagħ li organizzat il-vjaġġ, "Il-ħajja abbord vapur għandha ċerti karatteristiċi uniċi, speċjalment minħabba li għadd ta' nies ikun jeħtieġilhom jgħixu fi spazju ristrett fejn kull persuna jkollha rwol importanti x'taqdi fil-ħajja ta' kuljum tal-grupp." Peress li hu stess kien serva fuq il-flotta Portugiża, kliemu huwa mera tal-esperjenza.

Il-parteċipanti ġew mill-Portugall, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, il-Latvija, l-Estonja, il-Bulgarija, il-Polonja u r-Rumanija. Wara ħamest ijiem jitħarrġu fuq l-art, huma salpaw minn Liżbona nhar it-18 ta' Settembru 2007. Bħal kull ekwipaġġ ieħor, kellhom jaħslu l-art, iħejju l-ikel, jorbtu l-għoqqiedi u jitgħallmu kif ibaħħru.

Il-proġetti huma biss attività ewlenija waħda fost oħrajn li jittellgħu għall-ġimgħa Ewropea taż-żgħażagħ English, li skont il-politika tal-UE hija intiża biex trawwem l-ispirtu ċiviku fost iż-żgħażagħ. Bosta bliet u rħula madwar l-Ewropa qed itellgħu dibattiti, lekċers, kunċerti, festivals u wirjiet bejn it-2 u d-9 ta' Novembru.

Din il-ġimgħa partikolari taħbat ukoll l-20 anniversarju mindu bdew il-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ. Mal-1.5 miljun żgħażugħ u żgħażugħa diġà ħadu sehem fi programmi bħas-Servizz Volontarju Ewropew English u f'attivitajiet ta' taħriġ f'ħiliet ġodda u ta' kisba ta' esperjenza interkulturali.

Il-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ - tixtieq tinvolvi ruħek? English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli