Mogħdija tan-navigazzjoni

Nissawru fuq l-imgħoddi - 25/09/2008

Dar il-Patrimonju, il-Burgundija, Franza

Ċentru tat-tagħlim prattiku għall-konservazzjoni storika ġie mfaħħar għal ħidmietu maż-żgħażagħ li jkunu kisru l-liġi.

Għal ħafna nies, il-jiem tal-patrimonju Ewropew Englishfrançais, li jittellgħu ta' kull sena f'Settembru, huma opportunità biex iżuru xi monumenti u siti li normalment ikunu inaċċessibbli għall-pubbliku. Imma dawn il-jiem jistgħu jservu wkoll sabiex jinstabu modi kif il-patrimonju kulturali jista' jsir relevanti għas-soċjetà moderna.

Dar il-Patrimonju, pereżempju, hija dak it-tip ta' post li spiss isib ruħu fil-fuljetti turistiċi dwar il-provinċja Franċiża tal-Burgundija. Hawnhekk insibu għadd ta' binjiet antiki tal-ġebel ferm pittoreski fost għoljiet miżgħuda bid-dwieli. L-isqfa huma miksija bil-lavanja sewda tleqq u l-ħitan huma mużajk ta' ġebla tal-franka ħamranija.

Dawn il-binjiet mhux minn dejjem kienu daqshekk attraenti. Fis-sebgħinijiet, wara li abbandunawhom dawk li jaħdmu l-inbid, l-isqfa bdew iċedu u l-ħitan bdew neżlin. Imma minn dak iż-żmien 'il hawn, dawn bdew jiġu rrestawrati gradwalment minn mijiet ta' voluntiera, fosthom bosta żgħażagħ li jkunu kisru l-liġi. U huwa għalhekk, aktar milli għall-istorja jew l-arkitettura tiegħu, li dan iċ-ċentru qed jiġi daqstant imfaħħar tul iċ-ċelebrazzjoni ta' dis-sena tal-patrimonju Ewropew.

U Dar il-Patrimonju f'Saint Romain mhix xi fula f'qargħa. Proġetti oħra li ta' min insemmu PDFEnglish jinkludu fabbrika fl-Estonja mill-era Sovjetika li nbidlet fi blokka appartamenti u programm fir-Renju Unit intiż biex jinvolvi l-minoritajiet etniċi fil-patrimonju kulturali. Huwa stmat li 20 miljun ruħ mistennija jżuru aktar minn 30,000 monument u sit tul il-jiem tal-patrimonju Ewropew.

Għal Serge Grappin, li huwa konsulent edukattiv fi ħdan Dar il-Patrimonju, il-konservazzjoni storika mhix biss ir-renovazzjoni tal-katidrali u l-kastellli. Ta' min ukoll nirrestawraw ħajjet in-nies. Hu qatta' 10 snin biex jikseb il-flus meħtieġa biex jixtri l-bini mitluq u mbagħad, għal madwar tletin sena ssorvelja r-restawr tiegħu, proċess li għadha għaddejja aktar ħidma fuqu.

Ħafna mill-voluntieri huma żgħażagħ li kkommettew xi reat bħall-użu llegali tad-droga jew attakk fuq ħaddieħor bl-armi. Flimkien mal-għalliema tagħhom, dawn iqattgħu ġimgħatejn fiċ-ċentru fejn jaħdmu ras imb'ras ma' l-istudenti regolari.

Permezz ta' ħidmiethom, il-voluntiera jitgħallmu ħiliet ġodda - kemm soċjali kif ukoll prattiċi - li jgħinuhom jitbiegħdu mill-imgħoddi kriminali tagħhom. Fl-istess waqt jiksbu ċertu sens ta' stima lejhom infushom meta jara kemm in-nies tal-post japprezzaw ħidmiethom. Xi wħud saħansitra ħadu l-linja tal-konservazzjoni storika bħala karriera.

Fi kliem is-Sur Grappin, "Il-patrimonju huwa strument straordinarju għall-edukazzjoni. Mhux biss id-djar, imma anke dawn iż-żgħażagħ infushom ġew restawrati.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli