Mogħdija tan-navigazzjoni

Disinjatur grafiku quddiem skrin tal-kompjuter

L-ewwel konkors tal-UE dwar il-ħiliet fl-impjiegi wera li hemm nuqqas ta' ħiliet fis-suq tax-xogħol Ewropew.

Aktar minn 400 żgħażugħ u żgħażugħa minn 30 pajjiż ikkompetew fil-EuroSkills 2008 English, li kienet miftuħa għall-istudenti u l-lawreati riċenti tal-iskejjel vokazzjonali u l-programmi tat-taħriġ. Dan il-kuntest, li ttella' f'Rotterdam bejn it-18 u l-20 ta' Settembru, ġibed lejh madwar 40,000 viżitatur.

Fih ingħataw prominenza għadd ġmielu ta' impjiegi u snajja', minn artiġjanat tradizzjonali bħas-sengħa tal-mastrudaxxi u t-tqegħid tal-brikks sa impjiegi tal-era tal-informatika bħal dawk fir-robotika u d-disinn tal-websajts. Dawn it-tipi ta' xogħol ilkoll jeħtieġu aktar ħaddiema tas-sengħa - li ma tantx huwa faċli li wieħed isibhom fis-suq tax-xogħol tal-lum.

Għadd ta' pajjiżi tal-UE organizzaw konkorsi tal-ħiliet fil-passat, imma din kienet l-ewwel darba li dan sar fil-livell Ewropew. L-avveniment iffinanzjatu l-UE, li tixtieq tħeġġeġ l-eċċellenza u tgħolli l-profil tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Skond l-aktar tbassir riċenti PDFEnglish , l-ekonomija tal-UE mistennija toħloq madwar 13-il miljun impjieg tul it-tmien snin li ġejjin. Imma llum anke l-aktar impjiegi bażiċi jeħtieġu ħiliet u għarfien konsiderevoli u l-kumpanija jafu jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jimlew ċerti postijiet tax-xogħol battala li jista' jkollhom. Il-forza tax-xogħol qed tiċkien u tixjieħ, u anke fejn hemm biżżejjed ħaddiema, mhux dejjem ikunu kkwalifikati kif imiss.

Imma fl-avveniment ta' Rotterdam il-ħaddiema tas-sengħa ġew bi ħġarhom. Bosta minnhom kienu kkompetew f'xi kompetizzjoni simili f'pajjiżhom jew x'imkien ieħor fid-dinja. Dáneil Bolla, li huwa tekniku tal-inġinerija mill-Ungerija, is-sena l-oħra, rebaħ żewġ kompetizzjonijiet f'pajjiżu u qata' wkoll figura tajba fil-kompetizzjoni WorldSkills li ttellgħet il-Ġappun. Hu jispeċjalizza fil-mekatronika, li hija tip ta' inġinerija li żżewweġ il-mekkanika mal-elettronika.

Fi kliemu stess: "Il-mekatronika hija sengħa kumplessa. Jogħbuni l-elettronika, l-informatika u l-pnewmatika, u l-mekatronika hija taħlita tagħhom ilkoll."

L-avveniment, li huwa kemm kompetizzjoni kif ukoll fiera tal-impjiegi, serva ta' opportunità għall-parteċipanti sabiex jagħmlu kuntatt ma' impjegaturi potenzjali, filwaqt li taw ħarsa lejn l-iskejjel vokazzjonali u l-programmi ta' taħriġ. Il-viżitaturi kellhom iċ-ċans josservaw il-parteċipanti fil-konkors għaddejjin bil-ħidma tagħhom, filwaqt li setgħu jippruvaw ċerti ħiliet bħal ngħidu aħna kif wieħed jagħti injezzjoni, kif jagħmel barżakka, kif jiwweldja tabella bl-isem jew jipprogramma robot.

Għal dawk li ma setgħux ikunu hemm did-darba, l-organizzaturi beħsiebhom jibdew itellgħu l-EuroSkills regolarment, f'pajjiż differenti kull sentejn.

Inizjattivi oħra tal-UE biex titħeġġeġ l-edukazzjoni vokazzjonali jinkludu konferenza għall-apprentisti DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano , li se tittella' f'Ottubru f'Pariġi. Din hija parti minn sforz biex jinħoloq programm Ewropew għall-iskambju tal-apprentisti.

Leonardo da Vinci – Programm tal-UE għat-taħriġ u l-edukazzjoni vokazzjonali English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli