Mogħdija tan-navigazzjoni

Laboratorju tal-lingwi mimli bin-nies lebsin headphones

Imħassba fuq l-iskarsità ta' kapaċitajiet fil-lingwi barranin, il-Kummissjoni tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi - kemm għall-kbar kif ukoll għaż-żgħar.

Qatt ħsibt li titgħallem il-Bulgaru? Jew il-Grieg jew l-Irlandiż? Meta niġu għall-lingwi, l-UE toffri għażla ġmiela: 23 ilsien uffiċjali u aktar minn 60 oħra użati sew.

Imma b'din id-diversità lingwistika kollha, huma biss nofs iċ-ċittadini tal-UE li huma kapaċi jitkellmu b'żewġ lingwi. U din hija problema serja fl-ekonomija globali tal-lum.

Il-politika l-ġdida tal-Kummissjoni tipproponi metodu madwar l-UE li jibda mill-ħsieb li t-tagħlim tal-ilsna huwa proċess li jdum tul il-ħajja kollha - u mhux jispiċċa meta tispiċċa l-iskola.

It-tir hu li jinħolqu opportunitajiet biex wieħed jitgħallem il-lingwi aktar tard fil-ħajja, per eżempju permezz ta' programmi vokazzjonali jew ta' edukazzjoni kontinwa. Idealment l-Ewropej għandhom jitgħallmu żewġ ilsna apparti lsien pajjiżhom.

Il-kapaċitajiet fil-lingwi barranin huma importanti ferm għall-ekonomija tal-lum. Skond stħarriġ iffinanzjat mill-UE EnglishfrançaisRomâna , bosta kumpaniji żgħar jew ta' daqs medju qed jitilfu n-negozju minħabba ostakli ta' komunikazzjoni. Dawk li jimpjegaw in-nies jistqarru li qed isibuha iebsa jsibu l-ħaddiema għall-pożizzjonijiet li jirrekjedu kapaċitajiet f'lingwi barranin.

Id-domanda mhijiex biss għall-Ingliż. B'kumpaniji li jaħdmu madwar id-dinja, hemm ħtieġa dejjem tikber għal lingwi oħra li jinkludu r-Russu u l-Ġermaniż (għall-Ewropa tal-Lvant), il-Franċiż (Afrika) u l-Ispanjol (l-Amerika Latina). Fl-UE, il-problema saret tinħass aktar biż-żieda riċenti ta' 12-il pajjiż membru ġdid, żieda li aktar minn irduppjat in-numru ta' ilsna uffiċjali.

Apparti li jżomm l-UE kompetittiva, it-tagħlim ta' lingwi ġodda jippermetti lill-Ewropej jiksbu aktar mill-opportunitajiet kulturali u soċjali offruti mill-integrazzjoni Ewropea. L-UE tiċċelebra d-diversità lingwistika tagħha fis-26 ta' Settembru f'dak li sar magħruf bħala l-jum Ewropew iddedikat għal-lingwi, meta l-pajjiżi membri jtellgħu avvenimenti ffukati fuq id-diversità lingwistika bħala pont bejn il-kulturi.

Il-Kummissjoni organizzat ukoll serje ta' dibattiti din is-sena dwar il-multilingualiżmu EnglishfrançaisDeutsch fl-Ewropa, parti mis-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali  2008. L-aktar dibattitu riċenti, miżmum fi Brussell aktar kmieni f'Settembru, indirizza jekk id-diversità lingwistika hijiex sors ta' tensjoni jew ta' gwadann għall-UE.

Sabiex tippromwovi t-tagħlim ta' ilsna barranin u l-arti tal-kommunikazzjoni bejniethom, din is-sena l-Kummissjoni ħejjiet konkors ta' traduzzjoni għall-istudenti ta' 17-il sena.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli