Mogħdija tan-navigazzjoni

Nestendu il-protezzjoni tad-dritt ta' l-awtur għall-mużiċisti - 23/07/2008

Drummer u trumbettist fuq dgħajsa

Proposta ġdida mill-Kummissjoni intiża biex tiżgura li l-mużiċisti jibqgħu jibbenefikaw finanzjarjament mill-ħidmiet bikrija tagħhom, anke wara li jgħaddi ħafna żmien minn meta jkunu nbiegħu għall-ewwel darba.

L-akbar kantanti Ewropej huma dawk li ilhom jagħtuna gost għal għexieren ta' snin sħaħ. Cliff Richard, Charles Aznavour, Nana Mouskouri u Julio Iglesias – ilkoll ilhom joffrulna t-talenti tagħhom għal kważi nofs seklu. Madankollu, il-liġijiet tad-dritt ta' l-awtur attwali jibqgħu jreġu biss għal 50 sena, u allura, kantant ma jibqax jirċievi l-ħlasijiet permezz tar-royalties għall-eqdem ħidmiet tiegħu proprju hekk kif jibda jiġi bżonn il-flus aktar minn qatt qabel.  

Il-proposta mistennija tagħti lill-mużiċisti żieda fid-dħul tagħhom ta' bejn €150 u €2,000 fis-sena. Għalkemm dawn mhumiex xi ċifri fenomenali għal superstars bħal dawk li għadna kemm semmejna, għall-mużiċisti hekk imsejħa session performers (dawk li jitqabbdu jirrekordjaw darba u jitħallsu tagħha u daqshekk), id-dħul miżjud permezz tal-proposta tal-Kummissjoni jaf jagħmel differenza kbira.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li testendi il- perjodu ta' protezzjoni DeutschEnglishfrançais għall-biċċiet ta' mużika rrekordjati u r-rekords infishom minn 50 sa 95 sena. Minbarra l-mużiċisti, il-produtturi tar-rekords ukoll mistennija jibbenefikaw minn din il-bidla fil-liġi. It-tnejn li huma jibqgħu jirċievu ħlas kull darba li xi biċċa mużika rrekordjata minnhom tindaqq fuq ir-radju, jew f'postijiet pubbliċi bħal barsu ċentri kummerċjali.

Perjodu ta' protezzjoni ta' 95 sena jimla d-distakk fid-dħul finanzjarju li xi mużiċisti jiffaċjaw fi xjuħithom, filwaqt li jikkonforma l-liġijiet tad-dritt ta' l-awtur tal-mużiċisti ma' dawk ta' l-awturi. Iż-żieda fis-sikurezza tad-dħul finanzjajru għall-kantanti mistennija tgħin biex dawn jibqgħu jgħixu fl-Ewropa, minflok ma jemigraw lejn pajjiżi oħra fejn il-liġijiet tad-dritt ta' l-awtur huma aktar stretti.

Il-protezzjoni mistennija tiġi estiża wkoll għall-mużika komposta minn aktar minn awtur wieħed - kif fil-fatt huwa l-każ b'ħafna mużika. Id-dritt ta' l-awtur għal biċċiet ta' mużika ta' dan it-tip ma jiskadix qabel 70 sena wara l-mewt ta' l-aktar awtur li jkun dam ħaj.

Il-proposta hija akkumpanjata minn konsultazzjoni dwar id-dritt ta' l-awtur fl-ekonomija ta' l-għarfien PDFDeutschEnglishfrançais li jinvestiga l-aħjar modi kif jinfirex l-għarfien għall-benefiċċju ta' l-ekonomija f'dinja li kull ma jmur qed issir dejjem aktar diġitalizzata. Il-konsultazzjoni se tistabbilixxi jekk il-liġijiet tad-dritt ta' l-awtur attwali joffrux biżżejjed protezzjoni għall-'prodotti ta' l-għarfien', bħar-riżultati tar-riċerka xjentifika, u jekk l-awturi u l-pubblikaturi humiex imħeġġa jaqsmu dan l-għarfien ma' ħaddieħor.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli