Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-films Ewropej jaqtgħu figura tajba f'Cannes - 19/05/2008

Il-ministru tal-kultura Franċiż Christine Albanel, il-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso u l-Kummissarju inkarigat mill-midja Viviane Reding

Il-festival ta' Cannes ta' l-2008 huwa xhieda tas-suċċess li kull ma jmur qed dejjem jiżdied madwar id-dinja tal-films iffinanzjati mill-UE.

Erbatax-il film, li ġew iffinanzjati permezz ta' sħubija mal-programm ta' l-UE "Media" Englishfrançais ntgħażlu biex jipparteċipaw fil-61 edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-films ta' Cannes. Il-programm ta' l-UE "Media" jiffinanzja proġetti awdjoviżivi Ewropej, li permezz taċ-ċinematografija jippromwovu d-diversità kulturali tal-kontinent.

Il-produzzjonijiet iffinanzjati mill-UE mdorrijin jipparteċipaw fil-festivals tal-films u matul is-snin rawhom miljuni ta' nies.

Madankollu, dawk li jaħdmu l-films Ewropej iħabbtu wiċċhom ma' sfidi kbar kemm internazzjonalment kif ukoll f'pajjiżhom stess. Nhar id-19 ta' Mejju, matul is-sitt “Jum l-Ewropa Englishfrançais” f'Cannes, ir-rappreżentanti ta' l-UE se jpoġġu bilqiegħda mal-produtturi ċinematografiċi u mal-ministri tal-films Ewropej sabiex jiddiskutu kif tista' titħeġġeġ aktar kooparazzjoni internazzjonali fl-industrija awdjoviżiva.

L-għan huwa li titwessa' ċ-ċirkulazzjoni tal-kontenut lejn bnadi oħra tad-dinja u li jkun hemm ħidma aktar mill-qrib ma' l-industriji tal-films lill-hinn mill-UE. Sħubijiet internazzjonali ta' dan it-tip ikomplu jgħinu fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-films Ewropej.

L-għażla tas-sena li għaddiet għall-festival ta' Cannes inkludiet ħdax-il film iffinanzjat mill-programm ta' l-UE "Media" U aktar kmieni din is-sena għadd ta' films appoġġjati mill-UE - bħal The Counterfeiters u La Môme – ħadu l-Oscars.

L-14-il film iffinanzjati mill-UE f'Cannes 2008 huma: Gomorra, Delta, La frontière de l’Aube, Le silence de Lorna, The Palermo Shooting, Sangue pazzo, Entre les murs, Tulpan, Eldorado, Elève libre, Salamandra, Les bureaux de Dieu, Better things u Home.

Il-websajt tal-festival tal-films ta' Cannes Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli