Mogħdija tan-navigazzjoni

Kwalifiki li jippermettulek taħdem fejn trid fl-UE - 23/04/2008

Lawrjat bid-diploma

Minn Dublin sa Ħelsinki – il-lawrja, id-diploma jew iċ-ċertifikat tal-kulleġġ tiegħek se jsir rikonoxxibbli minnufih permezz tas-sistema l-ġdida.

Il-qafas Ewropew tal-kwalifiki (EQF) se jagħmilha iktar faċli li wieħed iqabbel il-kwalifiki bejn is-sistemi edukattivi differenti fi ħdan l-UE – kull diploma miksuba minn pajjiż wieħed ikollha l-ekwivalenti tagħha fil-pajjiżi l-oħra. U x'se niggwadanjaw minn dan? Se jsir iktar faċli għal min irid iħalli pajjiżu minħabba x-xogħol u se jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja DeutschEnglishfrançais .

Filwaqt li laqa' din il-miżura ġdida, il-Kummissarju inkarigat mit- taħriġ u l-edukazzjoni DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano Ján Figeľ qal li "l-Ewropej spiss iħabbtu wiċċhom ma' xkiel kulmeta jippruvaw imorru jaħdmu jew jistudjaw f'pajjiż ieħor."

l-EQF jikkonċentra fuq x'jafu n-nies u x'kapaċi jagħmlu b'dak li jafu, u jkopri l-edukazzjoni terzjarja, vokazzjonali u ta' l-adulti. Diġà ħeġġeġ lil bosta pajjiżi ta' l-UE sabiex jiżviluppaw il-qafas tal-kwalifiki nazzjonali rispettiv tagħhom.

Il-pajjiżi ta' l-UE issa qed jiġu mħeġġa jirregolaw is-sistemi tal-kwalifiki nazzjonali tagħhhom fi ħdan l-EQF sa l-2010. Il-mira hija li sa l-2012 il-kwalifiki ġodda kollha maħruġa mill-istabbilimenti skolastiċi post-sekondarji fl-UE jkunu jinkludu referenza għal xi livell ta' kwalifika ta' l-EQF.

Aktar tagħrif dwar il- qafas Ewropew tal-kwalifiki English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli