Mogħdija tan-navigazzjoni

Ngħollu l-livell tal-ħiliet - 27/02/2008

Anzjan jerġa' jitħarreġ fl-IT

Skond rapport ta' l-UE, l-estensjoni tas-suq tax-xogħol jeħtieġ aktar ħaddiema ta' sengħa.

Matul it-tmien snin li ġejjin, l-ekonomija Ewropea mistennija li toħloq madwar 13-il miljun xogħol żejjed – il-maġġor parti tagħhom ibbażżati fuq l-għarfien – il-bżonn ta' ħaddiema mħarrġa aħjar se jkompli jiżdied.

Din hija s-sejba l-ewlenija ta' l-ewwel tbassir Ewropew dwar il-ħiliet ippubblikat miċ-ċentru ta' l-UE għall-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali English. Iċ-ċentru ġie mwaqqaf biex jidentifika liema ħiliet u kwalifiki jeħtieġu l-ħaddiema Ewropej sabiex jibqgħu kompetittivi.

L-istudju jikkonferma li l-ekonomiji Ewropej għaddejin minn tranżizzjoni mill-agrikotlura u l-manifattura lejn setturi bbażati fuq l-għarfien intensiv. Sa l-2015, madwar 30% ta' l-impjiegi huma mistennija li jeħtieġi dak li l-istudju qed isejjaħ "kwalifiki għoljin" - per eżempju lawrja. Saħansitra bosta mpjiegi elementari se jirrikjedu aktar minn kwalifi bażiċi. Diġà bħalissa, madwar 80 miljun ħaddiema għandhom impjieg ta' sengħa għolja jew impjieg mhux manwali – madwar 38% mill-210 miljun ħaddiema b'saħħithom ta' l-Ewropa.

Il-ħaddiema se jkollhom bżonn taħriġ kontinwu biex jaġġornaw il-ħiliet tagħhom. L-istrateġiji tat-tagħlim matul il-ħajja DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano se jkunu essenzjali. Baħla Kummissarju għall-edukazzjoni DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano Ján Figel’ spjega: "L-ekonomija dinjija qed tinbidel kontinwament, u l-istess huma l-ħiliet li l-persuni se jkollhom bżonn."

L-istudju jagħti idea aktar ċara fejn huwa probabbli li jirriżulta n-nuqqas ta' ħiliet fil-futur. Jipprovdi tagħrif li jista' jgħin liż-żgħażagħ u l-anzjani jidentifikaw it-taħriġ DeutschEnglishespañolfrançaisitaliano u l-bżonnijiet ta' tagħlim personali – lejn karrieri ta' suċċess fil-futur.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli