Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropa permezz tar-radju - 26/02/2008

Montaġġ ta' logos ta' l-istazzjonijiet tar-radju Ewropej

Netwerk ta' stazzjonijiet tar-radju nazzjonali u reġjonali minn madwar l-UE għandhom jikkooproduċu u jxandru programmi ta' l-aħbarijiet dwar l-affarijiet Ewropej.

Minn April, l-inizjattiva żvelata mill-Kummissarju għall-Komunikazzjoni DeutschEnglishfrançaissvenska Margot Wallström, ta' kuljum se xxandar programmi li jkopru aħbarijiet, analiżi, opinjoni u diskussjoni fuq bosta frekwenzi tar-radju. Fl-UE biss, il-programmi se jilħqu madwar 19-il miljun u 30 miljun oħra fil-bqija tad-dinja.

"Dejjem ninsab ħerqana għal mezzi ġodda li jippermettu kemm jista' jkun lill-Ewropej biex ikollhom aċċess għal tagħrif ġust u bilanċjat dwar l-affarijiet ta' l-UE" spjegat is-Sinjura Wallström. Għalkemm in-netwerk il-ġdid huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni, dan se jkollu indipendenza editorjali totali.

Fil-bidu l-programmi se jixxandru f'10 lingwi – il-Ġermaniż, il-Franċiż, l-Ingliż, l-Ispanjol, il-Pollakk, il-Bulgaru, il-Grieg, l-Ungeriż, il-Portugiż u r-Rumen. Gradwalment jiġi estiż għal 23, b’mill-inqas stazzjon tar-radju għal kull pajjiż ta' l-UE sa l-2013.

In-netwerk (koordinat mid-Deutsche Welle u Radio France International) diġà jinvolvi 13-il stazzjon minn madwar l-Ewropa. Dawn jinkludu Radio Polskie, Punto Radio, Radio Netherlands u Radio Slovenia International.

Minn Lulju 2008 se jkun hemm ukoll sit web relatat biex jagħtik iċ-ċans li tniżżel il-podcasts radjofoniċi tal-programmi favoriti tiegħek kif ukoll tikseb tagħrif ulterjuri.

Kun af aktar dwar il-politika ta' komunikazzjoni ta'  l-UE danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli