Mogħdija tan-navigazzjoni

Mużika!! Ħarsa ġdida lejn id-drittijiet u r-royalties tan-nies ta’ l-ispettaklu - 20/02/2008

Il-grupp “Black Eyed Peas” fuq il-palk waqt il-festival rock ta’ Werchter fl-2004 (il-Belġju) © Laurent Van Brussel

L-UE trid evalwazzjoni mill-ġdid tal-levies tad-drittijiet ta’ l-awtur fil-kamp tal-mużika kif ukoll ħarsien akbar tad-drittijiet tan-nies ta’ l-ispettaklu.

Fl-industrija Ewropea tal-mużika, il-kategoriji varji ta’ l-artisti jiġu trattati b’mod differenti. Filwaqt li l-mużiċisti għandhom dritt ta’ l-awtur għal 50 sena fuq xogħolhom, il-kompożituri jgawdu minn ħarsien li jdum għal ħajjithom kollha u jkompli għal 70 sena wara mewthom - u lanqas dak m’hu daqstant żmien twil meta wieħed iqis it-tendenzi demografiċi attwali.

Skond il-liġijiet eżistenti, eluf ta’ mużiċisti u kantanti mis-snin 50 u 60 se jitilfu (waqt l-għaxar snin li jmiss) ir-royalties li attwalment jieħdu kull meta tindaqq xi diska minn tagħhom.  Għal dawk li ma tantx huma magħrufa, dawn ir-royalties huma l-unika forma ta' pensjoni li għandhom.

Allura l-UE se tipproponi li t-tul tal-ħarsien tad-dritt ta' l-awtur DeutschEnglishfrançais għall-artisti Ewropej jiġi estiż minn 50 għal 95 sena. Qed tipproponi wkoll li tħalli lill-artisti jibdlu l-kumpanija tad-diski tagħhom jekk din tirrifjuta li terġa' toħroġ rekordings tax-xogħolijiet tagħhom għall-perjodu estiż.

Dawk li jħobbu l-mużika m’għandhomx għalfejn jinkwetaw, peress li dawn il-miżuri mhux suppost jaffettwaw il-prezzijiet.

Charlie McCreevy, il-Kummissarju tas-suq uniku, ukoll jixtieq jirrevedi kif ir-royaltiesDeutschEnglishfrançais - u speċjalment il-levies tal-kopji privati - jinġabru u jintużaw. Dawn il-levies huma mod kif jitħallsu l-artisti bi tpattija għad-dħul li jitilfu minħabba l-ikkuppjar privat. Il-Kummissarju ddeċieda li jniedi konsultazzjonijiet ma’ l-oqsma kollha ta’ l-industrija, biex jara x’soluzzjonijiet prattiċi jistgħu jinstabu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli