Mogħdija tan-navigazzjoni

Traduttur żgħażugħ liebes il-flokk tal-juvenes translatores

Skond rapport ta' esperti li sar għall-UE, kull Ewropew jaqbillu jkun jaf "it-tieni lingwa nattiva".

F'din is-sena ddedikata lid-djalogu interkulturali, l-UE tinsab ħerqana li titgħallem kif tista' tħeġġeġ it-tagħlim tal-lingwi. Għal dan il-għan, ikkummissjonat rapport minn grupp ta' esperti prominenti danskDeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianoNederlandsportuguêssuomisvenska. X'irrakkomandaw prinċiparjament? L-UE jmissha tħeġġeġ lill-Ewropej kollha sabiex "jadottaw lingwa personali" oħra, minbarra dik materna tagħhom, u jitgħallmuha.

Fi kliem il-Kummissarju nkarigat mill-Multilingwiżmu Leonard Orban: "Għarfien tajjeb ta' lingwi oħra jservi ta' pont u jħeġġeġ il-konoxxenza reċiproka bejn il-kulturi."  Dak li skopra r-rapport se jservi ta' materjal għad-diskussjonijiet fl-ewwel konferenza ministerjali li qatt saret dwar il-multilingwiżmu nhar il-15 ta' Frar, bl-attendenza tal-ministri ta' l-edukazzjoni minn kull pajjiż ta' l-UE.

Ir-rapport ħareġ wara biss ftit jiem li tħabbru r-rebbieħa tal-konkors Juvenes translatores li ġie organizzat mill-Kummissjoni. Ix-xogħol tal-parteċipanti ġie evalwat minn 126 traduttur tad-dipartiment tat-traduzzjoni fi ħdan il-Kummissjoni DeutschEnglishfrançais, li taw il-marki għal xogħolijiet ta' traduzzjoni f'134 kombinazzjoni lingwistika differenti, sabiex imbagħad għażlu r-rebbieħ minn kull pajjiż. Il-konkors enfasizza r-rwol ċentrali li għandha t-traduzzjoni fil-politika multilingwistika tal-Kummissjoni.

L-Istituzzjonijiet ta' l-UE huma mera tad-diversità lingwistika Ewropea, b'aktar testi multilingwistiċi minn kwalunkwe organizzazzjoni oħra. Dan jiġri peress li l-UE tippubblika l-liġijiet tagħha b'kull waħda mit-23 lingwa uffiċjali tagħha. Ta' kull sena jiġu tradotti madwar miljun paġna u nofs ta' dokumenti ta' dan it-tip. Anke din il-paġna web u l-artiklu li qed taqra proprju bħalissa huma disponibbli ta' kuljum b'dawk it-23 lingwa. U dan l-aħħar, l-UE rrilaxxat għall-pubbliku, bla ħlas, miljun sentenza bit-traduzzjonijiet English tagħhom bi 22 jew 23 minn dawn il-lingwi. Dan għandu jservi ta' għajnuna biex jitjiebu s-sistemi tat-traduzzjoni awtomatika, speċjalment fil-każ tal-lingwi l-anqas mitkellma.

Żur id-dipartiment tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli