Mogħdija tan-navigazzjoni

Nara l-istampa kollha - 18/01/2008

Il-logo tal-premju għall-ġurnalist żagħżugħ Ewropew

Il-kompetizzjoni tal-ġurnaliżmu żagħżugħ jiffoka fuq it-tkabbir ta’ l-UE

L-UE qed toffri lill-ġurnalisti ta’ bejn is-17 u l-35 sena, minn madwar l-UE kif ukoll minn pajjiżi potezjalment membri ġodda, iċ-ċans li jsiru magħrufa permezz tal-premju kabbar il-viżjoni English .

Il-premju, li huwa organizzat konġuntament mill-Kummissjoni u mill-assoċjazzjoni Ewropea ta’ l-istampa żagħżugħa, iħeġġeġ lill-ġurnalisti żagħżagħ jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tkabbir ta’ l-Ewropa. Biex jipparteċipaw English , l-applikanti qed jintalbu jirreġistraw u jissottomettu artiklu sal-15 ta' Marzu.

Għalhekk kemm jekk kont qed tikteb fuq xi magażin ta' l-iskola jew ta' l-università, kemm jekk għadek se tibda karriera fil-ġurnaliżmu jew anki jekk ilek xi ftit taħdem f'dan il-qasam, din hija opportunità ideali biex turi t-talent tiegħek.

Il-pajjiżi parteċipanti għandhom jagħżlu rebbieħ nazzjonali wieħed permezz ta’ bord ta’ ġurnalisti u rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-35 rebbieħ ikollu l-opportunità jmur fuq ġita ta’ skopertà tal-fatti fil-Balkani f’Ġunju ta’ din is-sena, ir-reġjun li x'aktarx imissu jissieħeb fl-UE.

Waqt li l-UE tkompli tinfetaħ lejn il-lvant, mhux il-pajsaġġ biss ta’ l-Ewropa li qed jinbidel, imma l-viżjoni wkoll. Li jkopru u jirriflettu dwar din it-trasformazzjoni huwa servizz importanti li jistgħu jipprovdu l-ġurnalisti Ewropej.

Interessat/a? Dawn huma xi ftit mistoqsijiet biex iqabbduk l-aptit:

· minn sitta għal 27 pajjiż - x’taħseb dwar l-integrazzjoni Ewropea matul dawn l-aħħar 50 sena? U x’taħseb dwar it-tkabbir tal-ġejjieni?

· x’inhuma l-benefiċċji u l-isfidi ta' aktar tkabbir għall-UE?

· is-sħubija ma’ l-UE - tajjeb għall-UE jew tajjeb għall-membri l-ġodda?

Formola għall-parteċipazzjoni English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli