Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Wara l-Lussemburgu u Sibiu (fir-Rumanija) is-sena l-oħra, din is-sena x-xettru ta' bliet kapitali kulturali Ewropej se jgħaddi għand Liverpool (l-Ingilterra) u Stavanger (in-Norveġja).
Il-belt mużikali ta' Liverpool
u dik magħrufa għall-partying ta' Stavanger
ftit li xejn għandhom affarijiet komuni bejniethom, ħlief forsi l-kwalità ta' l-avvenimenti li ħejjew sabiex jiċċelebraw ir-renju tagħhom ta' bliet kulturali Ewropej ![]()
.
Il-programm ambizzjuż ta' Stavanger "port miftuħ" joffri arkitettura, letteratura, mużika u arti viżiva, biex b'hekk jiġbor fi ħdanu artisti ta' kull tip, kemm minn dawk l-inħawi nfushom kif ukoll minn artijiet aktar imbiegħda. Bil-motto ta' ideat miftuħa u libertà ta' l-espressjoni, Stavanger 2008 beħsiebha tissodisfa l-gosti ta' kulħadd.
Iż-żewġt ibliet qed jippjanaw avveniment ta' tnedija interessanti għat-12 ta' Jannar. Liverpool se tibda bl-avveniment Liverpool - The Musical, li se jipparteċipaw fih l-eks Beatle Ringo Starr u Dave Stewart tal-Eurythmics. Dan l-avveniment se jservi wkoll bħala l-ftuħ uffiċjali ta' l-Arena l-ġdida ta' Liverpool, li tinsab f'Merseyside. Stavanger qed tistieden lill-kunsill lokali kollha fir-reġjun ta' Rogaland sabiex jagħtu xhieda tal-kreatività ta' din iż-żona permezz ta' għadd ta' temi.
Il-proġett tal-belt kapitali kulturali Ewropea tnieda fl-1985 bil-għan li jressaq lejn xulxin il-popli ta' l-Ewropa. Proprju f'din is-Sena Ewropea ddedikata lid-djalogu interkulturali
, dan kollu jieħu xeħta partikolarment sinifikanti.