Mogħdija tan-navigazzjoni

L-innovazzjoni tal-UE qabdet triqha 'l fuq, iżda għadhom jippersistu lakuni, jgħid ir-rapport - 05/03/2014

Xjenzat jaġġusta mikroskopju, jiġġenera immaġni ta’ kampjun fuq skrin tal-kompjuter © EU

L-Ewropa qed toqrob lejn l-Istati Uniti u l-Ġappun f’termini ta’ innovazzjoni, iżda jridu jiġu indirizzat lakuni kbar bejn il-pajjiżi, skont rapport tal-UE.

It-"Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni tal-Unjoni” li ssir kull sena tqis il-progress tal-innovazzjoni abbażi ta' 25 kriterju li jkopru:


  • il-prekondizzjonijiet għall-innovazzjoni, inklużi
    • il-finanzi
    • l-edukazzjoni
    • il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi
  • l-isforzi tal-kumpaniji biex jinnovaw, inklużi 
    • il-livelli ta’ investiment
    • l-applikazzjonijiet tal-privattivi 
  • sa fejn l-innovazzjoni tibbenefika l-ekonomija.

Ir-rapport ta’ din is-sena juri li l-Ewropa qed tlaħħaq mal-Istati Uniti u l-Ġappun u għadha qabel l-Awstralja, il-Kanada u l-ekonomiji emerġenti ewlenin. 

Madankollu, għadhom jippersistu lakuni kbar fil-prestazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE, bħalma għadhom id-differenzi reġjonali f'kull pajjiż.

B'mod ġenerali, it-titjib fl-innovazzjoni kien attwat biż-żieda fl-applikazzjonijiet tal-marki kummerċjali (“Marki Kummerċjali Komunitarji”) mal-UE kollha u permezz ta' studenti bid-dottorat li jiġu minn barra l-UE. Madankollu, din it-tendenza pożittiva nżammet lura bi tnaqqis tal-investiment tal-kapital ta' riskju.

Differenzi madwar l-Ewropa

Fl-UE, l-Iżvezja, id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Finlandja – il-pajjiżi li jinvestu l-aktar fir-riċerka u l-innovazzjoni – għadhom l-aqwa atturi. Dawn il-pajjiżi jibbrillaw skont il-kriterji kollha. 

Il-Portugall, l-Estonja u l-Latvja huma l-aktar li żviluppaw matul dawn l-aħħar sentejn. Madankollu, il-Latvja – flimkien mal-Bulgarija u r-Rumanija - huma deskritti li kellhom prestazzjoni "ferm anqas" mill-medja tal-UE.

Ir-rapport għandu l-għan li jgħin lill-pajjiżi tal-UE jidentifikaw il-punti pożittivi u d-dgħufijiet tagħhom u jiffukaw fuq l-oqsma fejn l-aktar hemm bżonn ta’ sforz.

L-iżbilanċi reġjonali

Ftit pajjiżi laħqu livelli ta’ prestazzjoni konsistenti fil-partijiet kollha fit-territorju tagħhom. Il-lakuna bejn ir-reġjuni fil-fatt twessgħet matul dawn l-aħħar sentejn.

Madankollu, aktar minn €100 bn attwalment qed imorru fl-iżvilupp tar-riċerka u tal-innovazzjoni fir-reġjuni, bis-saħħa tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment.

L-innovazzjoni tmexxi l-ekonomija

L-innovazzjoni hi vitali biex l-Ewropa tkun aktar kompetittiva u żżid it-tkabbir ekonomiku.

Din hi r-raġuni għala l-UE trid iżżid l-investiment fl-innovazzjoni għal 3% tal-PDG sal-2020.

Min-naħa tiegħu, dan se jgħin biex jiżdied is-sehem tal-manifattura fil-PDG għaċ-ċifra mira - ta' 20%.

Stqarrija għall-istampa – Jippersistu d-differenzi reġjonali

FAQs – Il-prestazzjoni tal-innovazzjoni: l-istati membri tal-UE mqabblin Englishitaliano

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni tal-Unjoni pdf - 13 MB [13 MB] English (en)

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali pdf - 7 MB [7 MB] English (en)

Il-progress tal-innovazzjoni – meħtieġa aktar ħidma

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli