Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tappella għal “rinaxximent industrijali” biex tappoġġja l-irkupru - 24/01/2014

Karozzi wara xulxin f’fabbrika matul il-produzzjoni, imdawra b’ħaddiema

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet miżuri biex tissaħħaħ l-industrija fl-Ewropa, li ilha tmajna mill-2008, biex tiżgura l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tappella għal “rinaxximent industrijali” biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa.

Il-pjan jinkludi miżuri biex tiġi modernizzata l-industrija Ewropea bl-investiment fl-innovazzjoni, fit-teknoloġiji ġodda, fil-ħiliet u fl-aċċess għall-finanzi, aċċellerati permezz tal-użu ta’ fondi apposta tal-UE.

Hi qed tissuġġerixxi wkoll il-ħolqien ta’ Ewropa aktar faċli għan-negozju billi jiġu simplifikati r-regolamenti u billi jiġi żviluppat aċċess eħfef għas-swieq barra l-UE.

Ħolqien tal-impjiegi

Ittamat li t-tisħiħ tal-industrija Ewropea se jkompli jappoġġja l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

L-industrija tirrappreżenta kwart tal-impjiegi fis-settur privat u 'l fuq minn 80% tal-esportazzjonijiet tal-Ewropa iżda din ilha sejra lura minħabba l-kriżi ekonomika tal-2008, b’3.5 miljun impjieg mitluf. L-UE temmen li t-treġġigħ lura ta' din it-tendenza hu kruċjali biex jiġi sostnut l-irkupru ekonomiku.

Fost il-prijoritajiet hu mmirat l-investiment lejn oqsma ewlenin li huma mistennija li jikbru, bħall-vetturi nodfa u l-grilji tad-distribuzzjoni tal-elettriku "inteliġenti"; id-disponibilità tal-fondi; u t-titjib tas-suq uniku biex jitħeġġu l-intraprenditorija u n-negozji ż-żgħar, pereżempju, billi jitħarsu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Xi jmiss

Il-Kummissjoni issa qed tappella lill-gvernijiet tal-UE biex jadottaw il-proposti tagħha fis-samit li jmiss tagħhom.

L-għan tal-Kummissjoni hu li s-sehem tal-PGD tal-industrija – bħalissa 16% – jilħaq l-20% sal-2020. 

Stqarrija għall-istampa – L-UE tappella għal rinaxximent industrijali 

Sfond – Il-politika industrijali tal-UE English (en)  

Meħtieġa azzjoni nazzjonali biex tissaħħaħ l-industrija Ewropea Englishitaliano

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli