Mogħdija tan-navigazzjoni

L-iffaċilitar tar-regoli tal-UE se jgħin lill-intrapriżi żgħar fl-aċċess vitali tal-finanzjament - 21/01/2014

Il-Kummissarju tal-UE dwar l-anti-trust u viċi president tal-Kummissjoni Joaquín Almunia

L-UE trid tagħmilha eħfef għall-kumpaniji biex jiksbu finanzjamenti għall-investiment essenzjali.

Il-bidliet fir-regoli tal-UE dwar l-appoġġ tal-gvern (jew “għajnuna mill-Istat”) huma tweġiba għall-fatt li, mindu feġġet il-kriżi finanzjarja fl-2008, madwar terz tal-kumpaniji żgħar u medji madwar l-Ewropa ma setgħux jiksbu l-finanzjament li jkollhom bżonn biex jikbru u jiżviluppaw.

B’mod ġenerali, il-kumpaniji ġodda u dawk li qed jikbru għadhom dipendenti b’mod qawwi fuq self bankarju tradizzjonali u ġew maqtugħin lura minħabba l-kriżi tal-kreditu.

Jimtela’ n-nuqqas fil-finanzjament

Dan il-falliment tas-suq affettwa l-iżvilupp ta’ kumpaniji mill-istadju tal-bidu ’l quddiem, u għalhekk jagħmel l-investiment f’impriżi ġodda diffiċli u jnaqqas il-kapital ta’ ħidma għal operazzjonijiet ta’ kuljum.

L-għan ġenerali huwa li jiġu introdotti regoli li huma sempliċi, flessibbli u li jipprovdu aċċess malajr għal finanzjament ta’ riskju għal kumpaniji żgħar, li jippermettilhom iwasslu prodotti u ideat ġodda fis-suq.

Ir-regoli tal-UE dwar is-sostenn mill-Istat għan-negozji — kienu ġew imfassla qabel il-kriżi tal-kreditu biex jiżguraw ambjent ġust u ugwali għall-kumpaniji — illimitaw l-abilità tal-gvernijiet tal-UE biex jgħinu kumpaniji li mhumiex kapaċi jiġbru finanzi fis-settur privat.

Tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi

Il-linji gwida l-ġodda tal-Kummissjoni se jnaqqsu din il-burokrazija, jgħinu biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament u li jippermettu lill-pajjiżi tal-UE biex iwaqqfu skemi li għandha tagħmilha eħfef għall-kumpaniji jaċċessaw firxa usa’ ta’ sostenn, bħal finanzjament ta’ ekwità u garanziji.

Huwa ttamat li tali skemi nazzjonali se jagħtu investituri privati aktar inċentiv biex jinvestu f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju.

Il-bidliet huma kontribuzzjoni importanti fl-isforzi tal-UE biex jitnieda mill-ġdid it-tkabbir ekonomiku matul żminijiet diffiċli għal ħafna kumpaniji, u għandu jgħin biex jinħolqu l-impjiegi.

Ammonti akbar ta’ għajnuna — sa €15 miljun għal kull impriża — se jkunu eżenti minn skrutinju mill-Kummissjoni, meta mqabbel ma’ limitu massimu ta’ €1.5 miljun għal kull impriża kull sena bħalissa. Din il-bidla se tippermetti lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-aktar każijiet li jħallu impatt fuq il-kompetizzjoni.

Ir-regoli l-ġodda, li jsegwu l-konsultazzjoni estensiva mal-gvernijiet tal-UE, se japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2014 u huma parti minn riforma usa’ tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. 

Stqarrija għall-istampa — regoli ġodda dwar finanzjament ta’ riskju DeutschEnglishfrançais

Mistoqsijiet Frekwenti — regoli ġodda dwar finanzjament ta’ riskju English

Linji gwida ġodda dwar finanzjament ta’ riskju English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli