Mogħdija tan-navigazzjoni

Protezzjoni aħjar għas-sigriet kummerċjali fl-UE - 28/11/2013

Parti minn skrin ta' kompjuter u keyboard f'dawl baxx © EU

L-UE pproponiet regoli ġodda biex tipproteġi l-kummerċ meta informazzjoni konfidenzjali tinsteraq jew tintuża ħażin. Ir-regoli għandhom l-għan li jinkuraġġixxu l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni.

Is-sigriet kummerċjali – informazzjonali kummerċjali kunfidenzjali bħall-algoriżmu tat-tiftix ta' Google jew ir-riċetta għal fwieħa partikulari – jistgħu jingħataw protezzjoni aħjar bir-regoli l-ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-regoli għandhom jibbenefikaw il-kumpaniji li jsoffru meta informazzjoni prezzjuża b'mod kummerċjali tinsteraq jew tintuża ħażin.

Il-proposti għandhom l-għan li jagħmluha eħfef għall-qrati nazzjonali biex jipproċessaw każijiet ta' din ix-xorta u għall-vittmi biex jingħataw kumpens għall-ħsara. Huma jistabbilixxu wkoll definizzjoni mal-UE kollha għas-"sigrieti kummerċjali".

Problema li qed tikber

Stħarriġ reċenti wera li 1 minn 5 kumpaniji sarilha attentat biex jinsterqulha sigrieti kummerċjali f'dawn l-aħħar 10 snin, u l-għadd qed jiżdied. Il-fatturi li jikkontribwixxu għal dan jinkludu l-kompetizzjoni ħarxa fid-dinja u ż-żieda tal-użu tat-teknoloġiji diġitali.

Is-sigrieti kummerċjali jvajraw minn privattivi u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali bħad-drittijiet tal-awtur u t-trademarks billi mhumiex esklużivi. Il-kompetituri jistgħu, u ta' spiss jagħmlu, dak kollu li jistgħu biex joħolqu prodotti jew soluzzjonijiet simili, iżda d-detentur tas-siġriet kummerċjali għandhu vantaġġ kompetittiv billi jkun hu li ħoloqhom l-ewwel.

Il-protezzjoni legali tvarja b'mod wiesa' fl-UE kollha – xi pajjiżi ma għandhomx liġijiet speċifiċi dwar il-kwistjoni – li jagħmilha diffiċli għal vittmi li jieħdu l-każ il-qorti billi jista' ma jkunux qed jifhmu r-regolamenti tal-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

Ambjent aktar sikur

Il-problema qed tfixkel il-kooperazzjoni kummerċjali bejn il-fruntieri u qed iżżomm lura l-innovazzjoni minħabba li l-kreazzjoni jew ir-riċerka ta' kumpanija għandu mnejn ma tistax tkun protetta b'mod adegwat. In-negozji ż-żgħar huma partikularment vulnerabbli billi l-ispiża għall-privattivi tfisser li huma jiddependu aktar bi sħiħ fuq il-segretezza kummerċjali.

Il-proposti se joħolqu ambjent aktar sikur li fih in-negozji jkunu jistgħu joħolqu u jiskambjaw l-informazzjoni.

Dawn se jkunu issa ppreżentati lill-Kunsill tal-Ministri u lill-Parlament Ewropew għall-valutazzjoni.

Stqarrija għall-istampa – Ngħassu kontra s-serq ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali: il-Kummissjoni tipproponi regoli mal-UE kollha

Is-sigriet kummerċjali – Mistoqsijiet frekwenti English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli