Mogħdija tan-navigazzjoni

Adatta għat-tkabbir ekonomiku: il-liġi tal-UE ssir aktar sempliċi, eħfef u irħas - 02/10/2013

Id taqta' l-burokrazija bi mqass © iStockphoto.com

Il-Kummissjoni qed tissimplifika – u anke tirtira – ir-regoli u r-regolamenti tal-UE. L-għan hu li jagħmlu l-ħajja aktar faċli għan-negozji u ċ-ċittadini u li jitrawwem it-tkabbir ekonomiku.

Attwalment il-Kummissjoni qed tistabbilixxi, skont il-qasam ta’ politika, fejn se tieħu aktar azzjoni biex tissimplifika jew anke tirtira l-liġijiet tal-UE, tnaqqas il-piż fuq in-negozji u tagħmilha eħfef għal-liġijiet tal-UE biex jiġu implimentati.

Dan l-eżerċizzju hu fil-qalba tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni. L-iżgurar li l-leġiżlazzjoni tal-UE hi "adatta għall-finijiet tagħha" hu essenzjali biex l-Ewropa titpoġġa mill-ġdid fit-triq li twassal għal aktar tkabbir ekonomiku u impjiegi.

Il-President Barroso qal: “l-Ewropa qiegħda hemm biex tgħin ħalli jinsabu s-soluzzjonijiet għall-isfidi l-kbar li qed niffaċċjaw kollettivament. Madankollu, biex tkun effettiva, jeħtiġilna li niżguraw li nikkonċentraw fuq il-prijoritajiet veri u jkollna d-doża vera ta' regolamentazzjoni. Mhux dak kollu li hu tajjeb hu tajjeb fil-livell Ewropew. Ejjew naħsbuha sew jekk, meta u fejn hemm bżonn naġixxu fil-livell Ewropew.”

Dan hu skont il-messaġġ tal-President fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni fil-11 ta’ Settembru: "L-UE teħtieġ li tkun akbar f'affarijiet kbar u iżgħar f'affarijiet żġħar.”

Il-President kompla jgħid: “B'REFIT, il-Kummissjoni impenjat ruħha bl-aktar eżerċizzju komprensiv sal-lum il-ġurnata biex il-liġi tal-UE ssir eħfef u aktar sempliċi. L-applikazzjoni determinata tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità ma tiddubitax mill-benefiċċji importanti għaċ-ċittadini u għan-negozji tar-regolamentazzjoni tal-UE, partikularment ir-regoli li jsaħħu l-bażi tas-Suq Uniku. Il-pakkett REFIT attwali jipprovdi prospett prammatiku għall-futur tar-regolamentazzjoni fl-Ewropa ftit xhur biss qabel l-elezzjonijet Ewropej f’Mejju 2014.”

Flimkien mal-pjanijiet tagħha, il-Kummissjoni ħabbret li se tippubblika tabella ta' valutazzjoni biex jiġi segwit il-progress fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Diġà twettqu ħafna affarijiet iżda meħtieġa enfasi aktar ċara fuq il-prijoritajiet li huma tassew meħtieġa

In-negozji ż-żgħar jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta’ miżuri eżistenti li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, inklużi dawk elettroniċi tal-invojsjar tal-VAT kif ukoll eżenzjoni jew reġimi speċjali fl-oqsma tal-kontabbiltà, tal-iskart elettroniku u tal-istatistika dwar il-kummerċ.

Bejn l-2007 u l-2012 il-piżijiet amministrattivi bħal rekwiżiti ta' rappurtaġġ u informazzjoni mhux meħtieġa tnaqqsu b’25%. Dan hu mistenni li jżid il-PDG tal-UE b’1.4%, ekwivalenti għal €150 biljun.

Riformi kbar ta’ politika mmirati lejn is-simplifikazzjoni tar-regoli u li jnaqqsu l-ispejjeż jinkludu l-introduzzjoni ta’ privattiva unika tal-UE, l-iżvilupp ta’ kodiċi doganali tal-UE, u t-tnaqqis fil-prezz tal-użu tal-broadband.

Il-mod li bih titħejja l-leġiżlazzjoni mill-Kummissjoni nbidel ukoll b’mod sinifikanti; b’mod partikulari billi qed tingħata attenzjoni partikulari għall-ħtiġijiet tan-negozji ż-żgħar u permezz tal-użu sistematiku ta’ stima tal-impatt, ta' konsultazzjonijiet pubbliċi u ta' valutazzjonijiet.

X'qed jitħejja

Aktar minn 20 inizjattiva biex tinqata’ l-burokrazija qed jiġu kkunsidrati bħalissa, inklużi miżuri relatati mas-sikurezza tal-prodotti tal-konsumatur u s-saħħa tal-annimali.

Għan-negozji, dikjarazzjoni standard tal-VAT tista’ tgħin biex jitnaqqsu l-ispejjeż.

Sa tmiem l-2014, se jkunu twettqu kważi 50 valutazzjoni fuq il-piżijiet regolatorji. Dan jinkludi verifiki ppjanati dwar ir-regoli relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ħaddiema temporanji ta’ aġenzija, u l-firxa l-ġdida ta’ regoli tal-UE fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tixtieq tirtira għadd ta’ proposti li huma mwaħħlin fil-proċess leġiżlattiv, u tirrevoka xi liġijiet adottati li għandu mnejn ma għadhomx meħtieġa.

Ħidma ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE u mal-gvernijiet tal-UE

Is-suċċess tal-programm tal-adattar regolatorju tal-Kummissjoni se jiddependi b'mod kruċjali fuq jekk jintweriex l-istess livell ta' ambizzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE u mill-istati membri.

Tabella ta' valutazzjoni annwali se tiġi ppubblikata wkoll kemm biex jiġi segwit il-progress tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE kif ukoll biex jitħeġġeġ id-djalogu bejn iċ-ċittadini, il-gvernijiet, in-negozji u s-soċjetà ċivili inġenerali.

Saħħa Regolatorja Deutsch (de) English (en) français (fr) português (pt)

Regolamentazzjoni intelliġenti

Piżijiet amministrattivi

Stqarrija għall-istampa – Il-Kummissjoni tieħu l-passi ambizzjużi li jmiss biex il-liġi tal-UE ssir eħfef

Memo - Eżempji ta' kif il-liġi tal-UE qed issir eħfef, iktar sempliċi u orħos DeutschEnglishfrançais

Spinta ġdida għan-negozji ż-żgħar

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli