Mogħdija tan-navigazzjoni

Xahar tas-Suq Uniku: qsim ta' ideat onlajn biex nibdlu l-Ewropa - 19/09/2013

Fit-23 ta’ Settembru se jiġi varat xahar ta’ dibattiti onlajn dwar l-impjiegi, il-banek, id-drittijiet soċjali, u l-kummerċ elettroniku. Individwi, organizzazzjonijiet u dawk li jfasslu l-politika se jaqsmu flimkien ideat kummerċjali li jistgħu jibdlu l-Ewropa.

L-UE qed torganizza dibattitu kbir onlajn madwar l-Ewropa mit-23 ta’ Settembru sat-23 ta’ Ottubru: biex tisma’ l-ideat taċ-ċittadini li jistgħu jibdlu l-futur tas-suq uniku.

Ix-Xahar tas-Suq Uniku se jseħħ onlajn u se jiġi organizzat f’24 lingwa matul erba’ ġimgħat, b'tema politika differenti esplorata kull ġimgħa:

  • L-impjiegi (23 - 25 ta’ Settembru): Kif issib ix-xogħol, tistabbilixxi negozju, jew tikseb rikonoxximent tal-kwalifiki tiegħek fl-Ewropa
  • Id-drittijiet soċjali (30 ta’ Settembru - 2 ta’ Ottubru): Id-drittijiet ta’ protezzjoni soċjali fis-suq uniku tal-UE, pensjonijiet, kura tas-saħħa, servizzi pubbliċi
  • Il-Banek (7 - 9 ta’ Ottubru): Protezzjoni tad-depożiti, evitatar ta' kriżi finanzjarja oħra, żgurar li l-banek jinvestu fl-ekonomija reali biex jitrawwem it-tkabbir
  • Il-kummerċ elettroniku (14 - 16 ta’ Ottubru): Bejgħ ta' prodotti onlajn, xiri ta' prodotti u konsenja f'pajjiż ieħor, il-protezzjoni tad-dejta personali fuq siti ta’ netwerking soċjali.

Ix-Xahar tas-Suq Uniku jipprovdi opportunità unika għan-netizens (iċ-ċittadini li jużaw l-internet) tal-Ewropa biex jikkummentaw fuqu, jisfidaw, u jirfinaw il-politiki u l-istrateġiji tal-Kummissjoni. Il-parteċipanti se jkollhom għadd ta’ modi biex jinteraġixxu ma’ dawk li jfasslu l-politika:

  • jipproponu ideat ta’ politika biex jittejjeb is-Suq Uniku
  • jivvutaw u jikkummentaw dwar l-ideat politiċi ppreżentati minn oħrajn
  • jistaqsu lill-esperti tal-UE, il-membri tal-parlament, u personalitajiet oħra ta' Brussell permezz ta’ video chats diretti.

L-ideat ikunu jistgħu jintbagħtu fuq il-pjattaforma onlajn. Aktar minn 300 idea diġà ġew imressqa minn partijiet interessati u individwi: introduzzjoni ta’ karta professjonali tal-mobilità għal infermiera, inizjattiva biex jiżdied il-litteriżmu finanzjarju fost iż-żgħażagħ, eċċ.

Diġà tista’ tivvota fuq dawn l-ideat u oħrajn, u se tkun tista' tiddibatti dwar tema differenti kull ġimgħa. Moderaturi indipendenti jiġbru fil-qosor ir-riżultati ta’ dawn id-dibattiti, li mbagħad jiġu ppubblikati f’rapport finali maħsub biex jgħin fil-formulazzjoni tal-liġijiet tal-UE ta’ għada.

L-ideat tiegħek għall-Ewropa

Il-passi li jmiss għal suq uniku Ewropew

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli