Mogħdija tan-navigazzjoni

Biex tinżamm il-kompetittività tas-settur tal-azzar Ewropew - 11/06/2013

Rombli tal-azzar ġo fabbrika © iStockphoto

Il-pjan ta’ azzjoni jindirizza l-waqgħa fid-domanda, l-isfidi ambjentali u l-kompetizzjoni inġusta bi ffukar fuq it-tnaqqis tal-ispejjeż u l-innovazzjoni.

L-UE hi t-tieni l-akbar produttur tal-azzar madwar id-dinja, b'sehem ta' 11% tal-produzzjoni globali u tħaddem 'il fuq minn 360,000 ruħ.

Iżda ż-żminijiet huma ebsin. Id-domanda niżlet mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali, l-ispejjeż tal-enerġija komplew jogħlew, ħafna mill-materja prima jeħtiġilha tiġi importata, il-kompetizzjoni hi ta’ sikwit inġusta u l-osservazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali tista' tinvolvi spejjeż kbar.

Bid-domanda globali prevista li tiżdied sal-2025, hu fl-interess tal-Ewropa li tgħin lil din l-industrija ssir aktar kompetittiva. Pjan ta’ azzjoni DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni tal-UE li għadu kif tnieda għall-industrija tal-azzar Ewropea jindirizza 7 oqsma ewlenin:

Regolament

L-UE se tevalwa l-piż regolatorju fuq l-industrija tal-azzar u tiċċekkja li l-liġijiet tal-UE m'humiex joħolqu spejjeż żejda.

Tingħata spinta lid-domanda

Is-setturi tal-kostruzzjoni u tal-karozzi jieħdu bejniethom madwar 40% tad-domanda, u t-tnejn li huma ntlaqtu mill-kriżi ekonomika. Żewġ inizjattivi tal-UE se jistimulaw dawn is-setturi (CARS2020 English u Kostruzzjoni Sostenibbli English ).

Kompetizzjoni ġusta

Xi pajjiżi li mhumiex fl-UE introduċew ostakli għall-esportazzjonijiet tal-UE, jew inċentivi għal esportazzjonijiet tagħhom stess, biex jagħtu vantaġġ inġust lill-kumpaniji tagħhom. L-UE se tkompli tinnegozja ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE, u teħodha kontra l-prattiki inġusti.

Tnaqqas tal-ispejjeż tal-enerġija

L-enerġija hi responsabbli għal madwar 40% tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-azzar, u l-kumpaniji Ewropej iħallsu aktar mill-biċċa l-kbira tal-kompetituri tagħhom. Il-pjan tal-UE biex is-suq tal-enerġija tagħha DeutschEnglishfrançais jingħaqad se jżid il-kompetizzjoni u jnaqqas l-ispejjeż.

Politika dwar il-klima

Regoli ambjentali ċari għandhom jinkoraġġixxu l-investiment meħtieġ biex ikun hemm adattament għal teknoloġiji li huma aktar favur l-ambjent. Il-Kummissjoni se tippromwovi l-aħjar prattiki, iżda l-pajjiżi għandhom janalizzaw ukoll il-politiki nazzjonali li jaffettwaw il-prezzijiet u jwarrbu fondi għal proġetti favur l-effiċjenza tal-enerġija.

Innovazzjoni

Bejn l-2014 u l-2020, kważi €18-il biljun f’fondi mill-UE se jkunu disponibbli biex tissaħħaħ it-tmexxija industrijali fl-innovazzjoni permezz tal-programm ta’ riċerka Orizzont 2020 English .

Appoġġ matul ir-ristrutturazzjoni

Is-settur tal-azzar diġà tilef 40,000 l-impjieg permezz tar-ristrutturazzjoni. Jeżistu fondi apposta biex jgħinu lil dawk affettwati u biex jiżguraw li jinżammu l-ħiliet ewlenin. Billi l-ħaddiema tal-azzar qed jikbru fl-età, l-industrija jeħtiġilha wkoll tattira żgħażagħ u nies kreattivi.

Se jitwaqqaf grupp biex jissorvelja l-progress fl-oqsma msemmijin hawn fuq, u l-Kummissjoni se tieħu rendikont tal-progress fi żmien 12-il xahar.

Aktar dwar is-settur tal-azzar tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli