Mogħdija tan-navigazzjoni

L-isforzi fl-innovazzjoni jridu jissaħħu - 26/03/2013

Ħaddiema għaddejjin minn ħitan bi stilel tal-UE © EU

L-UE tagħmel progress b'mod ġenerali, iżda xi pajjiżi membri jeħtieġ li jagħmlu ħilithom biex ilaħħqu u jsiru aktar kompetittivi.

Il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE mexjin fit-triq it-tajba fir-rigward tal-innovazzjoni. Iżda xi wħud minnhom mhumiex qed jaħdmu biżżejjed u qed jaqgħu lura, skont valutazzjoni annwali tal-innovazzjoni u r-riċerka English .

Il-valutazzjoni hija mezz li jgħin lill-pajjiżi tal-UE jidentifikaw il-katalisti ewlenin tal-innovazzjoni u fejn għandhom jikkonċentraw l-isforzi tagħhom biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Din tqabbel il-pajjiżi abbażi tal-livelli ta' investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&D), flimkien ma’ 23 fattur ieħor.

Id-diskrepanza fl-investiment

Il-klassifikazzjoni turi li l-pajjiżi bi tradizzjoni ta' innovazzjoni qed ikomplu jimxu 'l quddiem. Għal oħrajn, il-kapaċità għall-innovazzjoni qed tiżdied b’ritmu aktar kajman – jew saħansitra b'ritmu mnaqqas.

Bħal fis-snin preċedenti, l-Isvezja għadha fuq nett, segwita mill-Ġermanja, id-Danimarka u l-Finlandja. Sadattant l-Estonja, il-Litwanja u l-Latvja żiedu l-innovazzjoni.

Il-katalisti tal-innovazzjoni

In-negozji ż-żgħar u l-kapaċità biex l-ideat jissarrfu fi prodotti u servizzi kummerċjali huma l-muturi ewlenin tat-tkabbir fl-innovazzjoni. Il-pajjiżi fil-quċċata tal-klassifika lkoll kemm huma jiffukaw fuq l-appoġġ lill-R&D. In-negozji u l-universitajiet għandhom rwol ewlieni biex jappoġġaw l-isforzi nazzjonali fl-innovazzjoni.

Meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra tal-UE, is-setturi kummerċjali tal-atturi prinċipali tal-innovazzjonli għandhom livelli ogħla ta’ investiment fl-R&D u japplikaw għal iżjed privattivi. Għandhom ukoll setturi tal-edukazzjoni ogħla żviluppati ħafna u rabtiet sodi bejn l-industrija u x-xjenza.

Unjoni ta' Innovazzjoni

It-tisħiħ tal-innovazzjoni – u t-tneħħija tal-ostakli li jwaqqfu lill-ideat tajbin milli jidħlu fis-suq – huma aspetti li jinsabu fil-qalba tal-istrateġija tal-UE ta' 'Unjoni ta' Innovazzjoni' English biex issir aktar kompetittiva u ssaħħaħ it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

Rapport ta’ progress English dwar l-istrateġija juri li tinsab fit-triq it-tajba, u nbdiet l-implimentazzjoni fuq 80 % tal-proposti. Il-metodu jinkludi l-promozzjoni tal-partenarjati bejn is-setturi pubbliċi u dawk privati, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament u l-ħaddiema b'kapaċitajiet, it-tnaqqis tal-burokrazija u t-tnaqqis tan-nefqa biex jinħarġu privattivi fuq ideat ġodda.

L-istrateġija tipprova tnaqqas id-distakk fl-innovazzjoni li jeżisti bejn l-UE u l-mexxejja dinjin bħall-Korea t’Isfel, l-Istati Uniti u l-Ġappun. Il-qabża bejn il-Korea t’Isfel u l-UE qiegħda tikber, iżda mill-2008 'l hawn l-UE qed tipprova tleħħaq mal-Istati Uniti u l-Ġappun.

Innovazzjoni industrijali fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli