Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-miżuri proposti għandhom irawmu ġenerazzjonijiet ġodda ta' intraprendituri u jgħinu liż-żgħażagħ, in-nisa, l-anzjani, l-immigranti u l-persuni qiegħda joħolqu l-intrapriżi tagħhom stess.
L-intraprendituri joħolqu l-impjiegi. Dawn iwasslu għal bosta negozji żgħar li jiġġeneraw 4 miljun impjieg ġdid kull sena fl-Ewropa.
Madankollu, l-UE tinsab wara l-kompetituri tagħha fl-attitudni intraprenditorjali, li turi potenzjal għal aktar ħolqien ta' impjiegi. 11% biss tal-Ewropej huma intraprendituri, filwaqt li madwar 40% jaspiraw li jkunu sidien tagħhom infushom
[10 MB]
. Fl-Istati Uniti u ċ-Ċina aktar minn nofs il-ħaddiema jixtiequ li jkunu jistgħu jaħdmu għal rashom.
L-Ewropej joqgħodu lura milli joħolqu l-intrapriża tagħhom stess. Iżda dan jeħtieġ jinbidel jekk l-Ewropa trid tirritorna fit-triq tat-tkabbir ekonomiku. Il-Kummissjoni qed tipproponi pjan ta' azzjoni
[175 KB]
biex tħeġġeġ din il-bidla, billi:
Il-pajjiżi tal-UE diġà jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-burokrazija relatata man-negozji permezz tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar
. Il-pjan il-ġdid se jgħin biex jagħmel dawn ir-regoli komuni jaħdmu aħjar għan-negozji ż-żgħar.
Il-passi li jmiss
Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-gvernijiet tal-UE, l-organizzazzjonijiet tan-negozji u ma' oħrajn biex tistabbilixxi pjan għall-implimentazzjoni tal-proposti.
L-appoġġ għall-intraprendituri jvarja ħafna madwar l-UE. Il-qsim tal-aħjar eżempji u l-isforzi ta' koordinazzjoni jistgħu jkunu aktar effettivi milli kull pajjiż jaħdem għal rasu.
Aktar informazzjoni dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija