Mogħdija tan-navigazzjoni

Azzjoni rapida għall-industrija tal-karozzi tal-Ewropa - 09/11/2012

Dawl ta' karozza © iStock/Olaru Radian-Alexandru

Proposti li jagħmlu s-settur tal-karozzi fl-UE aktar kompetittiv bl-investiment fl-innovazzjoni, it-tnaqqis tal-burokrazija, it-titjib ta’ ħiliet u ż-żieda fl-aċċess għas-swieq barranin.

Li nżommu l-industrija tal-karozzi f'saħħitha huwa essenzjali għall-prosperità tal-Ewropa. Xi 12-il miljun ruħ jiddependu, direttament jew indirettament, fuq is-settur għall-għajxien tagħhom.

Iżda l-produtturi tal-karozzi huma taħt pressjoni minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku dinji. Id-domanda qed tonqos fi żmien meta l-kompetizzjoni qed tikber. Dan qed jagħmilha iebsa għall-kumpaniji tal-UE f'pajjiżhom u barra. Il-produtturi jridu jwieġbu wkoll għad-domanda dejjem tikber għall-effiċjenza aħjar fl-enerġija u karozzi aktar sikuri.

Biex jirrispondu għal dawn l-isfidi l-kumpaniji jeħtiġilhom jiffokaw aktar fuq il-kwalità u l-innovazzjoni. Biex tgħinhom jagħmlu din it-trasformazzjoni, il-Kummissjoni qed tipproponi pakkett ta' miżuri. Dawn jinkludu:

  • investiment f'teknoloġiji li jnaqqsu l-gassijiet b'effett serra, it-tniġġis u l-istorbju – billi jiġu mmirati l-fondi tal-UE u s-self u s-simplifikazzjoni tal-inizjattivi finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-investiment DeutschEnglishfrançais u t-twittija ta' inċentivi finanzjarji
  • il-ħolqien ta' suq tal-konsumatur vijabbli għal vetturi li jużaw karburanti alternattivi (l-elettriku, l-idroġenu u l-gass naturali) – billi tiżdied l-infrastruttura meħtieġa, jinħoloq standard tal-UE għall-plakek tal-iċċarġjar bl-elettriku.
  • il-promozzjoni ta' miżuri ta' sigurtà tat-triq avvanzata – dawn jinkludu sistemi intelliġenti tat-trasport English (bħal kompjuters abbord, teknoloġiji tas-sensuri, servizzi diġitali, sistemi ta' komunikazzjoni)
  • it-tnaqqis tal-burokrazija u prattiki inġusti tal-kompetizzjoni madwar l-UE
  • għajnuna lill-industriji biex ikollhom aċċess aħjar għas-swieq internazzjonali permezz ta' ftehimiet kummerċjali ġusti, ibbilanċjati u promozzjoni aħjar, speċjalment f'pajjiżi fejn id-domanda qed tiżdied
  • il-konklużjoni ta' negozjati internazzjonali dwar standards komuni u regoli ta’ sikurezza għal vetturi elettriċi u l-batteriji tagħhom
  • titjib fil-ħiliet u t-taħriġ u tbassir tal-ħtiġijiet futuri fl-industrija
  • użu ta' fondi għar-riċerka u l-innovazzjoni b'mod aktar effiċjenti fil-livell Ewropew u dak nazzjonali.

Il-pjan huwa bbażat fuq l-istrateġija industrijali English tal-Kummissjoni, li tistipola prijoritajiet tal-UE għal spinta fis-setturi strateġiċi – li jinkludu wkoll l-aeronawtika, l-inġinerija, l-ispazju, il-kimiċi u l-farmaċewtiċi.

L-istrateġija għandha l-għan li tevita li l-manifattura tkompli sejra għan-niżla, biex jiżdied is-sehem tal-prodott gross domestiku tagħha mir-rata attwali ta' 16% għal madwar 20% sal-2020. Il-manifattura bħalissa tammonta għal 80% tal-esportazzjonijiet tal-UE.

L-appoġġ tal-UE għall-manifattura tal-karozzi

Rapport tal-UE dwar l-industrija tal-karozzi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli