Mogħdija tan-navigazzjoni

Inżidu s-salvagwardji tad-drittijiet tal-privatezza onlajn - 25/01/2012

Il-proposti għandhom jintroduċu sett uniku ta' regoli sabiex l-individwi jkollhom iżjed kontroll fuq kif tiġi ttrattata u użata d-dejta personali tagħhom.

Fi stħarriġ reċenti dwar l-attitudnijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-UE English nstab li:

  • 2 minn kull 3 Ewropej jinkwetaw li l-kumpaniji jiskambjaw id-dejta personali tagħhom mingħajr permess
  • 9 minn kull 10 jridu l-istess drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta madwar l-Ewropa.

Sabiex tindirizza dan it-tħassib, il-Kummissjoni qed tipproponi aġġornament tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE. Il-bidliet għandhom jintroduċu sett uniku ta' regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, validu madwar l-UE.

Nipproteġu n-nies

Il-proposti DeutschEnglishfrançais jinkludu:

  • żieda fir-responsabbiltà u r-rendikont – il-kumpaniji se jkollhom jinnotifikaw lill-klijenti tagħhom dwar kull serq jew rilaxx aċċidentali ta' dejta personali.
  • kjarifika li meta l-kunsens ta' xi ħadd meħtieġ qabel ma kumpanija tuża mill-ġdid id-dejta personali tagħhom, huma jkun jeħtiġilhom jagħtu dan il-kunsens b'mod espliċitu – il-klijent ikollu wkoll aċċess għad-dejta privata tiegħu u jkun jista' jittrasferixxiha lill-provveditur ta' servizz ieħor b'mod aktar faċli
  • infurzar mill-ġdid tad-"dritt li tintesa'' - il-klijent se jkun jista' jħassar id-dejta personali tiegħu jekk negozju jew organizzazzjoni oħra ma jkollhiex raġunijiet leġittimi biex iżżommha.
  • applikazzjoni tar-regoli tal-UE meta d-dejta personali tiġi pproċessata barra l-Ewropa – in-nies se jkunu jistgħu jinvolvu l-awtorità nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta f'pajjiżhom, anki meta d-dejta tagħhom tkun ipproċessata minn kumpanija bbażata barra l-UE.

Tajjeb għan-negozju

Sett uniku ta' ragoli għandu jinkoraġġixxi applikazzjoni aktar konsistenti tal-liġi madwar l-UE. In-negozji jkollhom regoli ċari dwar kif għandhom jittrattaw l-informazzjoni privata.

U tinqata' l-burokrazija, b'hekk in-negozji jiffrankaw madwar €2.3bn fis-sena. Pereżempju, il-kumpaniji jkollhom x'jaqsmu biss ma' awtorità nazzjonali waħda tal-protezzjoni tad-dejta fil-pajjiż tal-UE fejn ikollhom l-operat ewlieni tagħhom.

Infurzar aħjar

Permezz tar-regoli l-ġodda l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta se jingħataw is-setgħat li jinfurzaw ir-regoli tal-UE b'mod aktar strett.

Għall-investigazzjonijiet kriminali, tiġi applikata liġi separata għall-iskambju ta' dejta.

Il-passi li jmiss

Il-proposti jikkumplementaw l-isforzi tal-UE biex tinkoraġġixxi aktar kummerċ onlajn billi ttejjeb il-fiduċja tal-konsumatur - u b'hekk tikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku u fil-ħolqien tal-impjiegi. Dawn iridu jiġu approvati mill-gvernijiet tal-UE u mill-Parlament Ewropew qabel ma jsiru liġi.

Aktar dwar il-proposti sabiex tiġi riveduta l-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE English

Aktar dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli