Mogħdija tan-navigazzjoni

Pjan dettaljat għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - 24/05/2011

Xi prodotti foloz, inkluż basket, żarbuna, filter tal-arja tal-karozza u ballun tal-futbol © EU

Metodu koordinat tal-UE għandu jipproteġi aħjar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jiġġieled kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni.

Il-piraterija u l-falsifikazzjoni huma theddida għall-ekonomija tal-UE minħabba li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-prodotti awtentiċi u jagħmluha iktar diffiċli għall-produtturi onesti biex jibqgħu fis-suq. Il-konsumaturi wkoll jinsabu f'riskju minħabba li prodotti foloz ħafna drabi ma jilħqux l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza.

Din it-theddida qed tiżdied, u l-Internet jagħmilha iktar faċli li wieħed iniżżel illegalment il-mużika, il-films, softwer u xogħol ieħor f'format diġitali. Sadattant, il-falsifikaturi espandew in-negozju tagħhom minn prodotti ta' lussu foloz għal oġġetti iktar komuni bħal prodotti tal-ikel, kosmetiċi, prodotti tal-iġjene, mediċini u partijiet għall-karozzi.

Biex tindirizza l-problema, il-Kummissjoni qed tipproponi li timmodernizza l-liġijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, li jipproteġu xogħolijiet letterarji, mużikali u artisitċi (drittijiet tal-awtur), skoperti u invenzjonijiet (privattivi), u kliem, frażijiet, simboli u disinji (marki kummerċjali).

Ġenwini u sikuri

In-nies għandhom igawdu minn aċċess iktar faċli għal xogħolijiet protetti u għandu jkollhom l-assigurazzjoni li l-prodotti u s-servizzi li jixtru huma ġenwini u sikuri.

Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali huma vitali għall-25 miljun negozju żgħir u medju tal-Ewropa - billi jipproteġu l-investiment tagħhom fi prodotti u servizzi ġodda, jgħinuhom jiksbu aċċess sigur għall-finanzjament u jżidulhom il-kompetizzjoni ġusta.

In-negozji u l-inventuri għandhom jibbenefikaw minn sistema ta' privattivi iktar sempliċi, li bħalissa hi kumplessa wisq u tqum ħafna flus.

It-tnaqqis tal-falsifikazzjoni u l-piraterija favur il-kummerċ legali għandu jistimola wkoll id-dħul mit-taxxi għall-gvernijiet nazzjonali.

Il-bidliet proposti jinkludu DeutschEnglishfrançais:

  • il-ħolqien ta' sistema unika għall-ħarsien tal-privattivi biex l-inventuri jkollhom jirreġistraw privattiva waħda biss valida fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE - dan għandu jnaqqas l-ispejjeż u l-burokrazija
  • il-ħarsien iktar effettiv tad-ditti permezz ta' sistema modernizzata tal-marki kummerċjali iktar sempliċi, iktar rapida, iktar effettiva, effiċjenti u konsistenti
  • l-aċċess iktar faċli għal xogħolijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur, partikolarment onlajn u li jinkludu l-wirt kulturali Ewropew

Il-pjan jiffissa wkoll strateġija ta' infurzar effettiv fi ħdan l-UE, fil-fruntieri tagħha u f'partenarjat ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tagħmel proposti speċifiċi qabel l-2014.

Il-pajjiżi tal-UE waqqfu madwar 118-il miljun prodott falz fl-2009, li 18% minnhom kienu jippreżentaw periklu għas-saħħa pubblika.

Aktar tagħrif dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli