Mogħdija tan-navigazzjoni

Riforma tal-governanza korporattiva - konsultazzjoni - 27/04/2011

Kamra fejn jiltaqa' l-bord tal-kumpanija b'mejda, siġġu u skrin LCD li juri ċart. © Baris Simsek/iStock

Meħtieġa opinjonijiet dwar kif jista' jittejjeb il-mod kif jitmexxew il-kumpaniji kkwotati fil-Borża u kif tista' tingħata iktar protezzjoni lill-azzjonisti.

Il-kriżi finanzjarja dinjija ħarġet fid-dieher id-dgħjufijiet fir-regoli u l-kodiċijiet ta' kondotta li jirregolaw il-mod kif jitmexxew il-kumpaniji fl-UE.

Dawn il-liġijiet u l-kodiċijiet jistabbilixxu standards għal ġestjoni tajba u responsabbli tal-kumpaniji kkwotati fil-Boroż Ewropej. Huma intiżi biex jiżguraw li l-ġestjoni ta' kumpanija tibqa' ffukata fuq l-interessi għal perjodu twil ta' żmien tal-azzjonisti tagħha.

Bħala parti minn riforma usa' tal-liġi korporattiva tal-UE, il-Kummissjoni issa qed teżamina kif tista' ssaħħaħ ir-regoli u tagħmilhom inqas dipendenti fuq l-awtoregolamentazzjoni. Id-diretturi u l-bordijiet tad-diretturi se jkollhom responsabbiltà ikbar għad-deċiżjonijiet li jieħdu.

Il-Kummissjoni ppreżentat l-ideat tagħha f'dokument ta' diskussjoni English għal konsultazzjoni pubblika dwar riformi possibbli li jinkludu sorveljanza aħjar mill-bordijiet, parteċipazzjoni tal-azzjonisti u infurzar.

Bordijiet tad-diretturi

Il-konsultazzjoni tistaqsi jekk il-kumpaniji humiex mitluba jaħtru grupp iktar varjat u rappreżentattiv ta' diretturi - b'iktar nisa u persuni minn sfondi professjonali, ħiliet u nazzjonalitajiet differenti.

Il-Kummissjoni qed tħares ukoll lejn kif jaħdmu l-bordijiet u l-ammont ta' ħin li l-membri jqattgħu fuq is-sorveljanza tal-interessi tal-azzjonisti. Qed jiġu kkunsidrati wkoll il-ġestjoni tar-riskju u s-salarji tad-diretturi.

Parteċipazzjoni tal-azzjonisti

Għan ieħor tal-Kummissjoni hu li ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-azzjonisti fi kwistjonijiet relatati mal-governanza korporattiva. Permezz ta' din il-konsultazzjoni, tixtieq tiskopri kif id-diretturi jistgħu jiġu persważi jagħmlu qligħ sostenibbli u rendiment għal perjodu itwal ta' żmien, minflok qligħ mill-ishma għal perjodu ta' żmien qasir.

L-azzjonisti minoritarji se jkollhom ukoll iktar protezzjoni. Huma meħtieġa opinjonijiet dwar jekk il-kumpaniji għandhomx ikunu jistgħu jidentifikaw l-azzjonisti tagħhom.

Monitoraġġ u infurzar

Jekk il-kumpaniji fl-UE kkwotati fil-Borża ma jikkonformawx mar-rakkomandazzjonijiet nazzjonali dwar il-governanza korporattiva, huma meħtieġa jipproduċu dikjarazzjonijiet annwali fejn jispjegaw għaliex ma għamlux dan. Iżda ħafna drabi l-kumpaniji ma jagħtux każ dan ir-rekwiżit.

Id-dokument ta' diskussjoni jissuġġerixxi li dikjarazzjonijiet simili għandu jkollhom regoli iktar stretti u dettaljati u li l-entitajiet nazzjonali ta' monitoraġġ għandhom jissorveljaw iktar.

Il-passi li jmiss

Il-konsultazzjoni tispiċċa fit-22 ta' Lulju. Il-Kummissjoni mbagħad tiddeċiedi jekk il-liġijiet rilevanti tal-UE għandhomx jinbidlu.

L-opinjonijiet tiegħek dwar governanza korporattiva aħjar English
Aktar tagħrif dwar il-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli