Mogħdija tan-navigazzjoni

Privattiva Ewropea li ssaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni - 15/04/2011

Id tpinġi bozza © iStockphoto.com/NicolasLoran

Il-kummissjoni qed tipproponi privattiva unitarja Ewropea. Filwaqt li tkun valida f'25 Stat Membru, din tippermetti t-tnaqqis ta' 80% tal-ispejjeż li jħallsu l-intrapriżi bħalissa.

Rota bid-direzzjoni assistita jew konnessjoni tal-internet sempliċiment permezz ta' plakka tal-elettriku: dawn l-invenzjonijiet saru fl-Unjoni Ewropea. Peress li huma protetti bi privattiva, ma jistgħux jitħaddmu jew jiġu użati jew kummerċjalizzati mingħajr il-permess ta' sidhom.

Attwalment, il-proċedura biex tikseb privattiva hija komplessa ħafna. Ladarba jkunu maħruġa mill-Uffiċċju Ewropew tal-privattivi (OEB), kull privattiva trid tiġi vvalidata f'kull Stat Membru fejn l-inventur ikun jixtieqha tiġi protetta. Apparti l-formalitajiet amministrattivi, din il-proċedura tinvolvi l-ispejjeż għoljin tat-traduzzjoni. Biex tipproteġi l-invenzjoni tagħha fl-Unjoni kollha, kumpanija trid tonfoq sa 32,000 ewro, meta mqabbel ma 1,850 bejn wieħed u ieħor fl-Istati Uniti.

Ħamsa u għoxrin Stat membru (is-sebgħa u għoxrin mingħajr Spanja u l-Italja), iddeċiedew li jkun hemm privattiva unitarja li tkun sempliċi u bi spiża raġonevoli. Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat żewġ proposti leġiżlattivi bit-tir li ddaħħal din il-privattiva.

Din is-sistema ġdida għall-proprjetà intellettwali se tiswa' [à terme ???] 680 ewro għal kull privattiva, biex b'hekk l-ispejjeż tal-privattivi jitnaqqsu sew. Bil-ħolqien ta' ambjent aktar propizju għall-innovazzjoni - element essenzjali għat-tkabbir ekonomiku fit-tul - dan se jattira l-investituri u r-riċerkaturi, u jsaħħaħ is-suq uniku.

Il-proposti tal-Kummissjoni jipprovdu l-aktar il-miżuri li ġejjin:

  • ladarba miftiehma, il-privattiva unitarja ssir awtomatikament valida fil-25 Stat membru biex b'hekk jiġu evitati ħafna passi amministrattivi kumplessi u spejjeż sostanzjali tat-traduzzjoni;
  • l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru bil-lingwi kollha. Dejjem iridu jiġu tradotti f'wieħed mill-ilsna tal-OEB (Ingliż, Franċiż jew Ġermaniż), iżda l-ispejjeż jingħataw lura lil sid il-privattiva;
  • peress li għad m'hemmx sistema awtomatika ta' traduzzjoni, il-ħtieġa għal traduzzjonijiet supplimentari għalissa se tkun applikata b'mod proviżorju.

Il-proġetti ta' regolamentazzjoni ġew trażmessi lil-Kunsill u l-Parlament. Il-Kummissjoni qed tispera li Spanja u l-Italja eventwalment jiddeċiedu li jipparteċipaw f'din il-privattiva unitarja Ewropea.

Aktar tagħrif dwar il-privattivi fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli