Mogħdija tan-navigazzjoni

Strateġija spazjali għall-Ewropa - 06/04/2011

L-istrateġija spazjali proposta tal-UE għandha twassal għal aktar investiment koordinat, u ssaħħaħ it-tkabbir u l-impjiegi.

L-UE diġà għandha n-navigazzjoni spazjali u l-programmi ta' osservazzjoni Terrestri tagħha - EGNOS, Galileo u GMES (Monitoraġġ tad-Dinja għall-Ambjent u s-Sigurtà) - għal raġunijiet strateġiċi u ekonomiċi.

Il-Kummissjoni tixtieq tibni fuq dawn il-programmi bi strateġija spazjali komuni DeutschEnglishfrançais - li l-għan tagħha hu li tkun żgurata l-indipendenza tal-UE u l-pożizzjoni tagħha bħala l-aktar waħda avvanzata fid-dinja fil-qasam tat-teknoloġija spazali. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-UE jinħtiġilha li żżomm aċċess indipendenti għall-ispazju.

EGNOS, l-ewwel pass tal-UE fin-navigazzjoni bis-satellita, issa qed topera mal-Ewropa kollha u tinkludi servizz li bih is-safar bl-ajru hu aktar sikur. Galileo għandu jipprovdi servizz Ewropew ta' navigazzjoni bis-satellita madwar id-dinja, distint mill-GPS tal-Istati Uniti. Is-sistema ta' osservazzjoni Terrestri tal-UE, il-GMES, għandha titlesta fl-2014.

Ippjanar strateġiku

L-għanijiet strateġiċi l-ġodda:

  • it-tlestija ta' Galileo, l-implimentazzjoni tal-GMES u l-iżvilupp ta' firxa ta' servizzi ġodda għall-kummerċ, il-gvernijiet u l-pubbliku inġenerali
  • it-titjib tal-GMES biex isir monitoraġġ b'mod aktar preċiż tat-tibdil fil-klima
  • iż-żieda tal-kapaċità tal-UE biex tissorvelja kemm l-ibħra u l-fruntieri tagħha, kif ukoll biex twieġeb b'mod effettiv f'każ ta' kriżi - kemm fl-UE kif ukoll f'imkejjen oħrajn
  • it-twaqqif ta' sistema għall-protezzjoni tas-satelliti tal-komunikazzjoni u tal-infrastruttura spazjali kruċjali minn biċċiet ta' skart spazjali, mill-asterojdi u mir-radjazzjoni solari
  • l-involviment tal-UE fl-esplorazzjoni tal-ispazju u l-aċċess għall-pajjiżi kollha tal-UE għall-ispazju u l-istazzjon spazjali internazzjonali
  • l-iżvilupp ta' politika industrijali spazjali mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u mal-pajjiżi tal-UE
  • aktar investiment fir-riċerka spazjali u f'teknoloġiji innovattivi relatati
  • l-użu tal-progress fit-teknoloġiji spazjali għall-benefiċċju kemm tat-trasport, l-ambjent, is-sigurtà u d-difiża, kif ukoll għall-ġestjoni tal-kriżi, l-għajnuna umanitarja u t-teknoloġiji tal-informazzjoni
  • it-tkomplija tad-djalogi dwar l-ispazju mal-imsieħba ewlenin l-Istati Uniti u r-Russja, u l-bidu ta' diskussjoni ma' nazzjonijiet oħrajn interessati fl-ispazju bħaċ-Ċina sabiex jiġu żviluppati aktar sinerġiji - l-ispazju għandu jsir parti integrali mill-politika barranija tal-UE, b'mod partikulari għall-benefiċċju tal-Afrika

Tkabbir ekonomiku u impjiegi

L-industrija spazjali tikkontribwixxi b'mod dirett għall-istrateġija Ewropa 2020 tal-UE għat-tkabbir u l-impjiegi. Sistemi aħjar ta' telekomunikazzjonijiet, navigazzjoni u ta' monitoraġġ ambjentali jgħinu lill-kumpaniji jiżviluppaw servizzi ġodda u innovattivi - kemm bil-ħolqien ta' impjiegi b'kapaċità għolja, kif ukoll b'aktar opportunitajiet kummerċjali u teknoloġiji.

Il-manifatturi spazjali Ewropej attwalment għandhom dħul ta' €5.4 biljun fis-sena u jħaddmu staff ta' 31,000 persuna. 11-il operatur prinċipali tas-satelliti Ewropej iħaddmu 6,000 persuna u għandhom dħul ta' €6 biljun fis-sena.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni se tikkunsidra proposti konkreti aktar tard fl-2011, hekk kif l-istrateġija proposta tkun ġiet diskussa.

Aktar dwar il-programmi spazjali tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli