Mogħdija tan-navigazzjoni

Servizz bis-satellita jagħmel is-safar bl-ajru aktar sikur - 07/03/2011

Ħarsa mill-bogħod ta' runway bil-kliem "EGNOS għall-avvjazzjoni, preċiżjoni għolja, investiment baxx". © EU

EGNOS-għall-avjazzjoni, servizz bis-satellita għan-navigazzjoni mniedi fit-2 ta' Marzu 2011, se jżid is-sikurezza tat-titjir bl-ajru, inaqqas id-dewmien u jiftaħ destinazzjonijiet ġodda.

Il-GPS weħidha hi eżatta għal distanza ta' bejn wieħed u ieħor diversi metri. Iżda użata ma' EGNOS, is-servizz bla ħlas bis-satellita għan-navigazzjoni fuq l-Ewropa tal-UE, il-GPS issir aktar preċiża għal distanza ta' metru wieħed.

Mindu kien disponibbli pubblikament fl-Ottubru 2009, EGNOS kien ittestjat u ċċertifikat għall-użu mill-industrija tal-avjazzjoni. Il-piloti issa jistgħu jużaw is-servizz għas-salvezza tal-ħajja English tiegħu, b'mod speċjali ta' għajnuna waqt l-inżul, meta jkun jinħtiġilhom jafu fejn jinsabu b'mod preċiż qabel ma jaqbdu r-runway.

EGNOS għandu bosta benefiċċji oħra, minbarra li jtejjeb is-sikurezza.

Anqas dewmien

Il-piloti se jsibuha eħfef biex iħallu r-runway u biex jinżlu fiha meta t-temp ma jkunx tajjeb, meta l-viżibilità tkun baxxa. Dan ifisser anqas titjiriet imħassra, anqas dewmien u divjazzjonijiet lejn ajruporti oħrajn, dan jgħin lil-linji tal-ajru jiffrankaw il-flus u jżommu lill-passiġġieri mal-iskeda.

Inaqqas l-infiq, il-gassijiet b'effett serra u l-ħsejjes

B'EGNOS, il-piloti se jkunu jistgħu jieħdu rotot għat-titjiriet u jkollhom sistemi għall-inżul aktar effiċjenti, b'hekk jiffrankaw il-fjuwil u jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. L-ajruplani jistgħu wkoll jibdew l-inżul tagħhom aktar viċin tar-runway, b'hekk inaqqsu l-ħsejjes f'żoni viċin.

Air Nostrum li għandha l-bażi tagħha fi Spanja, tikkalkula li l-użu ta' EGNOS mill-flotta tagħha kollha se jwassal għall-iffrankar ta' madwar €6.3m matul 10 snin. U sistemi ta' inżul iqsar ifissar li l-ajruporti jkunu jistgħu jipprogrammaw aktar titjiriet u jżidu d-dħul ta' flus.

Benefiċċji oħra

Modi oħra ta' trasport, ta' servizzi ta' emerġenza u ta' inforzar tal-liġi jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-preċiżjoni miżjuda. Pereżempju, il-gwardji tal-kosta Taljani ttestjaw l-użu ta' EGNOS fil-ħelikopters tat-tiftix u s-salvataġġ marittimi tagħhom.

EGNOS titħaddem mill-Kummissjoni f'isem l-UE, li qed tiżviluppa wkoll lil Galileo DeutschEnglishfrançais , sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita bħall-GPS li hi tal-Istati Uniti. Galileo għandha topera flimkien ma' EGNOS, biex l-Ewropa ssir kompletament dipendenti fuqha nfisha fin-navigazzjoni bis-satellita.

Aktar dwar il-programmi tal-UE għan-navigazzjoni bis-satellita

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli