Mogħdija tan-navigazzjoni

Spinta ġdida għan-negozji ż-żgħar - 23/02/2011

Raġel qed juża l-kompjuter © EU

Proposti ġodda għandhom iħaffu t-toqol regolatorju fuq in-negozji ż-żgħar, jgħinuhom iqumu fuq saqajhom wara l-kriżi ekonomika, u jinkoraġġixxu kumpaniji ġodda.

In-negozji ż-żgħar huma l-qalba tal-ekonomija tal-UE peress li jirrappreżentaw 99% tan-negozji kollha fl-Ewropa u jħaddmu 90 miljun ruħ. Evalwazzjoni reċenti tal-politika tal-UE DeutschEnglishfrançais turi li bosta benefiċji ġew maħsuda mill-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-2008. L-Att għamilha irħas u eħfef biex tibda kumpanija fl-UE.

Madankollu, l-evalwazzjoni turi wkoll li hemm aktar xi jsir biex titħeġġeġ l-intraprenditorija u jissaħħu l-SMEs (impriżi żgħar u medji).

Dawn il-kumpaniji għandhom bżonn l-għajnuna biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom wara l-kriżi ekonomika, meta naqsu madwar 3.25 impjieg. Huwa kruċjali li ngħinuhom jikbru u joħolqu l-impjiegi biex nilħqu l-mira ta' 75% fir-rata tal-impjieg fl-UE sal-2020, peress li jimpjegaw żewġ terzi mill-ħaddiema kollha fis-settur privat.

Problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom: kif isibu l-finanzjament, kif ileħħqu mar-rekwiżiti amministrattivi u kif jaċċessaw is-swieq f'pajjiżi oħra, kemm fl-UE kif ukoll barra. Il-proposti l-ġodda jinkludu miżuri biex:

  • tkompli titnaqqas il-burokrazija - il-ħolqien ta' ċentri uniċi fejn in-negozji ż-żgħar jistgħu japplikaw għal għotjiet nazzjonali u lokali, u s-simplifikazzjoni tal-kontabilità u rekwiżiti legali oħra
  • jittejjeb l-aċċess għall-finanzi permezz ta' simplifikazzjoni fil-proċeduri u t-tkabbir ta' skemi ta' garanzija fuq is-self
  • jiġu megħjuna n-negozji ż-żgħar biex jilħqu swieq barranin permezz ta' aktar appoġġ u qbil fil-kummerċ ħieles
  • tiġi armonizzata t-taxxa tal-kumpaniji, u tiżdied il-faċilità għall-kumpaniji biex jirkupraw djun f'pajjiżi oħra tal-UE
  • jiġu promossi l-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi billi jiġi mnaqqas għal xahar iż-żmien biex jinkisbu l-liċenzji u l-permessi

L-evalwazzjoni tipproponi wkoll sorveljanza aħjar ta' x'qed jagħmlu l-gvernijiet tal-UE biex jimplimentaw l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar .

Għalkemm f'dawn l-aħħar snin il-gvernijiet għamlu progress tajjeb, għad iridu jaqblu dwar liġi ġdida li tippermetti l-kumpaniji ż-żgħar jirreġistraw bħala Kumpanija Privata Ewropea DeutschEnglishfrançais . Din is-sura ġdida ta' kumpanija għandha tneħħi l-ħtieġa għar-reġistrazzjoni separata f'pajjiżi differenti tal-UE, biex b'hekk tnaqqas l-ispejjeż u l-burokrazija.

Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ lill-gvernijiet biex idaħħlu din il-liġi fis-seħħ kemm jista' jkun malajr.

Portal tal-UE għan-negozji ż-żgħar

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli