Mogħdija tan-navigazzjoni

Kuntratti pubbliċi - għid x'taħseb dwar ir-regoli - 28/01/2011

Pinna f'idejn li qed tiffirma dokument © Corbis

Konsultazzjoni dwar il-modi kif ir-regoli tal-UE għall-akkwist pubbliku jistgħu jaħdmu b'mod effiċjenti għall-gvernijiet, il-kumpaniji u l-kontributuri tat-taxxi.

L-akkwist pubbliku - l-infiq tal-gvern fuq kuntratti biex jinxtraw prodotti, servizzi u infrastruttura - jammontaw għal 17% tal-PGD tal-UE. Regoli aħjar għandhom jgħinu lill-gvernijiet jużaw dawn il-flus b'mod aktar effiċjenti u jwasslu għal aktar innovazzjoni, impjiegi u tkabbir li ma jkunx ta' ħsara għall-ambjent.

Ir-regoli tal-UE dwar is-suq uniku diġà għenu lill-awtoritajiet pubbliċi biex jiffrankaw flus il-kontributuri tat-taxxa billi għamluha possibbli għall-kumpaniji li jikkompetu għall-kuntratti bejn il-fruntieri interni tal-blokk.

Iżda hemm lok għal aktar titjib. Aktar iffrankar għandu attwalment ikun aktar ta' fejda, meta l-fondi pubbliċi jinsabu taħt pressjoni minn ekonomija mdgħajfa li titlob li jinqatgħu l-ispejjeż.

Qed issir konsultazzjoni pubblika DeutschEnglishfrançais mill-UE dwar kif jista' jitwettaq suq aktar kompetittiv għall-akkwist pubbliku - biex jiġu ffrankati aktar flus pubbliċi.

Dokument ta' sfond DeutschEnglishfrançais dwar il-konsultazzjoni jispjega b'mod ġenerali l-modi li bihom is-sistema eżistenti tista' tkun ipperfezzjonata biex twassal dawn l-għanijiet. Kwalunkwe tibdil għandu jiżgura trasparenza, aċċess ugwali u kompetizzjoni ġusta fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi. Id-dokument jidentifika l-oqsma prinċipali għal reviżjoni possibbli tar-regoli korrenti, inklużi:

  • is-simplifikazzjoni tal-proċeduri korrenti, b'mod speċjali għall-gvernijiet żgħar lokali u reġjonali
  • it-tnaqqis tal-burokrazija, b'mod partikulari għan-negozji żgħar u medji.
  • mod eħfef biex jintefgħu l-offeri għall-kuntratti pubbliċi bejn il-fruntieri
  • jiġi determinat meta l-kuntratti bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu eżentati mir-regoli tal-UE għall-akkwist pubbliku
  • emendi tar-regoli biex jitwettqu l-għanijiet ta' politiki oħrajn bħall-promozzjoni tal-innovazzjoni jew il-miri ambjentali jew soċjali
  • bidla fir-regoli għall-akkwist ta' servizzi b'sinifikat soċjali partikulari
  • żieda ta' regoli aktar stretti jew salvagwardjar aħjar biex ma jitħallix li jkun hemm favoritiżmu, korruzzjoni jew konflitti ta' interess
  • jiġu evitati miżuri li jwasslu għall-provvedituri dominanti, arranġamenti dwar l-offerti jew qsim tas-suq bejn l-appaltaturi.
  • it-titjib tal-aċċess tal-kumpaniji tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku f'pajjiżi li ma għamlux parti minnha.

Il-passi li jmiss

Kummenti mill-konsultazzjoni għandhom jiddaħħlu fil-proposti leġiżlattivi possibbli li għandhom isiru s-sena d-dieħla. Għandek tissottometti l-opinjoni tiegħek sat-18 ta' April 2011.

Konsultazzjoni dwar l-akkwist pubbliku DeutschEnglishfrançais

Aktar informazzjoni dwar l-akkwist pubbliku fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli