Mogħdija tan-navigazzjoni

L-Ewropa miexja sew bin-navigazzjoni satellitari - 19/01/2011

Galileo, is-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita tal-UE, għandha titnieda fl-2014. EGNOS, li ttejjeb il-preċiżjoni tal-GPS madwar l-Ewropa, diġà tipprovdi servizzi lill-utenti bħal bdiewa u ħaddiema ta' salvataġġ.

Rapport English dwar iż-żewġ programmi ta' navigazzjoni satellitari tal-UE juri li l-progress s'issa kien tajjeb u li l-Unjoni għadha impenjata biex tlestihom.

L-UE bdiet tiżviluppa l-programmi ta' navigazzjoni satellitari tagħha 10 snin ilu għal raġunijiet strateġiċi u ekonomiċi. Illum, dawn ir-raġunijiet għadhom fil-qalba tal-programmi.

Wara li għarfu r-rwol ewlieni li għandha n-navigazzjoni satellitari fis-soċjetà moderna, il-gvernijiet membri qablu li l-Ewropa kienet tinħtieġ li tiżgura l-indipendenza tagħha mill-GPS Amerikana u Glonass tar-Russja.

Galileo u EGNOS jappartjenu għall-UE u huma ddedikati biex jissodisfaw il-ħtiġiet ekonomiċi u ta' sigurtà tal-Ewropa.

Bħall-Internet, in-navigazzjoni satellitari hija stimolu għall-innovazzjoni u l-ħolqien ta' impjiegi fuq firxa wiesgħa ta' setturi. Attwalment madwar €800bn mill-PGD tal-Ewropa jiddependi mill-użu tan-navigazzjoni satellitari. Is-suq dinji għal dan it-tip ta' prodotti u servizzi ilu jikber b'rata ta' 30% fuq dawn l-aħħar snin u mistenni jkun jiswa €240bn sal-2020, skont l-istimi English .

Preċiżjoni, disponibbiltà, dipendenza

EGNOS, u aktar tard Galileo, għandhom itejbu sew id-disponibbiltà u l-preċiżjoni tas-sinjali ta' navigazzjoni mill-ispazju. L-utenti għandhom jirċievu sinjali aktar malajr u aktar ta' min jafdahom biex b'hekk jillokalizzaw il-pożizzjonijiet tagħhom sal-inqas metru. Attwalment il-GPS jillokalizza biss sa bosta metri.

Preċiżjoni akbar, disponibbiltà u dipendenza jippermettu n-negozji u l-intraprendituri jkunu innovattivi. Per eżempju, is-sistemi jistgħu jintużaw biex itejbu t-tmexxija tas-servizzi tat-trasport u tal-emerġenza fl-UE, l-infurzar tal-liġi, is-sigurtà fil-fruntieri tal-UE u sikurezza waqt il-missjonijiet tal-paċi.

EGNOS, li ilha taħdem minn Ottubru 2009, diġà jipprovdi benefiċċji bħal produzzjoni miżjuda tal-uċuħ tar-raba' permezz ta' aktar preċiżjoni fiż-żriegħ u l-użu tal-fertilizzant. Din is-sena, mistennija tkun approvata għall-użu mil-linji tal-ajru Ewropej biex tipprovdi sikurezza akbar għall-passiġġieri.

Sadanittant, iż-żewġ satelliti bi prova ta' Galileo diġà jinsabu fl-orbità. L-UE għandha tniedi l-ewwel erba' satelliti operattivi din is-sena u d-dieħla. Minn hemm 'il quddiem, jitniedu żewġ satelliti kull tliet xhur sakemm jinbeda l-operat inizjali fl-2014.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli