Mogħdija tan-navigazzjoni

Viżjoni għal industrija Ewropea - 29/10/2010

Pjanijiet ġodda għall-industrija Ewropea biex jinħolqu l-impjiegi filwaqt li tinżamm il-manifattura fl-Ewropa.

L-industrija Ewropea intlaqtet minn kriżi ekonomika. Iżda issa li qed naraw sinjal ta' rkupru, il-Kummissjoni ħejjiet pjanijiet biex isaħħaħ is-settur għall-ġejjieni.

Il-politika industrijali ġdida DeutschEnglishfrançais hi bbażata fuq is-suppożizzjonijiet li l-industriji nazzjonali m'għadx hemm posthom fid-dinja globalizzata tal-lum, u b'settur b'saħħtu tal-manifattura jkollna impjiegi mħallsin tajjeb. It-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli għandha titqies bħala opportunità ta' negozju biex tissaħħaħ il-kompetittività.

Il-politika hi waħda mis-seba' "inizjattivi ewlenin" tal-pjan Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. L-għanijiet tagħha jinkludu:

  • il-ħolqien ta' ambjent legali li jgħin lill-kumpaniji jibqgħu kompetittivi
  • aċċess għall-finanzi iktar faċli għall-kumpaniji u l-promozzjoni tal-ħolqien ta' negozji żgħar
  • infrastruttura mtejba għat-trasport, l-enerġija u l-komunikazzjoni
  • provvista u ġestjoni effiċjenti u sostenibbli tal-materja prima
  • il-promozzjoni tal-innovazzjoni f'setturi speċifiċi bħall-kostruzzjoni, il-bijokarburanti, it-trasport fuq it-triq u bil-ferrovija

"Ma jistax ikun hemm sostenibilità mingħajr kompetittività, u ma jistax ikun hemm kompetittività fit-tul mingħajr sostenibilità. U ebda waħda minnhom ma tista' sseħħ mingħajr qabża ta' ġgant fl-innovazzjoni!" qal il-kummissarju għall-industrija Antonio Tajani.

Monitoraġġ tal-progress

Kull sena għandhom jiġu prodotti rapporti dwar il-kompetittività tal-UE kollha u tal-pajjiżi membri individwali. L-ewwel rapport iħares lejn is-saħħa tas-settur tal-manifattura ta' kull pajjiż, l-attività rilevanti tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-metodi ta' sostenibilità.

Fir-Renju Unit, ngħidu aħna, ir-rapport jinnota żieda sinifikanti fl-ispejjeż tax-xogħol f'dan l-aħħar deċennju, u waqa' ta' 15% fir-rendiment matul il-kriżi ekonomika. L-ekonomija Awstrijaka, għalkemm kompetittiva ferm u mingħajr intoppi, ibbenefikat minn riformi fl-edukazzjoni biex tistimola n-numru ta' imprendituri Awstrijaki.

Il-manifattura tipprovdi impjiegi għal kwart tal-popolazzjoni Ewropea li taħdem fis-settur privat. Tirrappreżenta wkoll 80% tas-settur privat tar-riċerka kollu.

Politika industrijali għall-era tal-globalizzazzjoni DeutschEnglishfrançais

Kompetittività industrijali fl-Ewropa

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli