Mogħdija tan-navigazzjoni

Veri jew foloz? - 23/06/2010

Kampjun ta' prodotti ffalsifikati © EU

Kompetizzjoni tal-EU dwar il-falsifikazzjoni u l-piraterija: Skejjel mill-Ġreċja u mill-Ungerija rċevew l-ogħla premijiet.

Studenti mill-Greċja, l-Ungerija, Spanja, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja ngħataw l-ogħla premijiet fil-kompetizzjoni tal-UE dwar il-problemi li jiġu mill-prodotti kkuppjati u ffalsifikati bħall-ġugarelli, ħwejjeġ jew CDs.

Mijiet ta' tfal tal-iskola ta' età bejn l-10 u l-15-il sena pparteċipaw fil-kompetizzjoni, li għaliha ġew prodotti logos, powsters, filmati qosra jew logħob biex jispjegaw il-kwistjoni.

B'kompetizzjoni f'żewġ kategoriji, l-Ewwel Skola Sekondarja Għolja ta' Triandria fil-Greċja pproduċiet id-disinn rebbieħ għall-logo uffiċjali tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija DeutschEnglishfrançais .

Studenti mill-iskola primarja u tal-arti Vörösmarty Mihály fl-Ungerija rebħu l-kategorija għall-aħjar vidjow. B'kollox, sitt skejjel, inklużi erba' finalisti, kienu mistiedna fi Brussell biex jirċievu premijiet f'ċerimonja fil-parlament.

Il-falsifikazzjoni u l-piraterija hija problema dejjem tikber, li qed iddgħajjef l-istandards tas-sigurtà u l-ekonomija. Periklu li dehru f'dawn l-aħħar snin jinkludu mediċini li jifhom sustanzi ta' ħsara u mowbajls li jisplodu.

Fl-2008, uffiċjali tad-dwana tal-UE qabdu 178 miljun oġġett falsifikat, iktar minn 50% mis-sena ta' qabel. Madwar nofshom ġew miċ-Ċina.

Il-maġġoranza tal-oġġetti kienu CDs u DVDs, iżda kien hemm ukoll sigaretti u ħwejjeġ.

Iktar dwar kompetizzjoni falsa VERA

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli