Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-marka ta' konformità Ewropea - 19/04/2010

Il-marka CE © EU

Il-Kummissjoni qed tniedi kampanja ta' informazzjoni dwar il-marka ta' konformità CE - iddisinjata biex tħaffef il-moviment ħieles tal-prodotti madwar l-Ewropa u biex tinforma lill-konsumaturi.

Meta tara l-logo CE fuq prodott - kemm jekk manifatturat fl-Ewropa jew xi mkien ieħor - tinduna li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-UE dwar is-saħħa, is-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali.

Il-marka CE ilha teżisti għal aktar minn 15-il sena, iżda l-parti l-kbira tan-nies għadhom ma jafux x'tirrappreżenta u ħafna għadhom jaħsbu li tfisser li l-prodott inħadem fl-Ewropa.

Il-kampanja ta' informazzjoni timmira wkoll lin-negozji. Mhux biss il-marka ttejjeb is-sikurezza tal-utent, iżda ġiet stabbilita wkoll biex tħaffef il-moviment ħieles tal-prodotti fis-suq wiesa' tal-UE.

Bħala marka ta' fiduċja, il-logo CE hu passaport li jippermetti ċ-ċirkolazzjoni mingħajr tfixkil tal-prodotti fiż-żona ekonomika Ewropea (27 pajjiż tal-UE flimkien mal-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja). Dan inaqqas il-burokrazija u l-ispejjeż, filwaqt li jiżgura rekwiżiti ta' sikurezza.

Bit-twaħħil tal-marka CE fuq prodott, il-manifattur jassumi responsabbiltà sħiħa għal konformità tiegħu mal-liġi tal-UE.

Aktar minn 30% tal-prodotti industrijali - inklużi l-kompjuters, il-ġugarelli u t-tagħmir li jaħdem bl-elettriku - jistgħu biss jinbiegħu fis-suq tal-UE jekk ikollhom il-marka.

 

Kun af aktar dwar il-marka CE DeutschEnglishfrançais

Marka CE - mistoqsijiet frekwenti English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli