Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-burokrazija – inqas u aħjar - 23/10/2009

Mara tissostitwixxi turrun folders b'karta li turi s-simbolu tal-UE ©KE

In-negozji fl-UE jistgħu jiffrankaw aktar minn €40bn fis-sena skont proposti biex titnaqqas il-burokrazija żejda.

Fl-2007, il-Kummissjoni ppermettiet lilha nfisha sal-2012 sabiex tnaqqas b'25% l-ispejjeż amministrattivi annwali mġarrba min-negozji minħabba l-leġiżlazzjoni tal-UE.

Issa, għalkemm dan il-perjodu għad fadallu sentejn biex jiskadi, l-UE qed tavvanza sew sabiex tilħaq dik il-mira u taf anki taqbiżha, skont r-rapport dwar il-progress.

Il-Kummissjoni tistima li l-piż annwali totali għan-negozji minħabba l-leġiżlazzjoni tal-UE u l-liġijiet nazzjonali li jirriżultaw minnha tiswa lill-kumpaniji madwar $124bn fis-sena f'burokrazija żejda.

Bħalissa, in-negozji mistennnija li jiffrankaw $7bn fis-sena fi spejjeż amministrattivi permezz ta' mizuri fis-seħħ jew approvati. U jistgħu jiffrankaw ukoll $31bn oħra fis-sena jekk il-mexxejja u l-leġiżlaturi tal-UE jaqblu dwar xi miżuri oħra li diġà tressqu imma li għadhom qed jistennew l-approvazzjoni tagħhom. Dawn jinkludu regoli tal-kontabbiltà aktar sempliċi għall-kumpaniji li jħaddmu sa 10 min-nies u t-tneħħija tar-ristrezzjonijiet fuq l-użu tal-fatturi elettroniċi sabiex tiġi rrappurtata t-taxxa fuq il-valur miżjud.

€2.1bn oħra jitnaqqsu bil-proposti li ġejjin dalwaqt, inklużi miżuri li jiffaċilitaw il-mod kif negozju jiġi rikonoxxut bħala kumpanija tat-tbaħħir; li jissimplifikaw il-karti tal-bilanċ u d-dikjarazzjonijiet tal-qligħ u t-telf; u li jeżentaw lil-lukandi u l-B&Bs mir-rappurtar statistiku.

Ilkoll flimkien, il-miżuri - dawk ippjanati, proposti u approvati - ilaħħqu għal aktar minn €40bn, jew 33% tal-piż amministrattiv.

Fi kliem il-President Barroso, "Il-Kummissjoni tinsab fi triqtha sabiex tilħaq il-miri tagħha li tnaqqas il-burokrazija żejda għan-negozji."

It-tnaqqis tal-burokrazija żejda huwa aspett ewlieni tal-istraġija tal-Kummissjoni sabiex toħroġ lill-ekonomija mir-riċessjoni, billi tagħti spinta lin-negozji fi żmien meta l-kreditu għadu nieqes. Bosta mill-miżuri huma mfassla għan-negozji ż-żgħar, li jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-impjiegi fl-UE. Dawn il-kumpaniji spiss ikollhom jitqabdu ma' ostakli amministrattivi u diffikultajiet biex jiksbu l-finanzjament li jeħtieġu.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli