Mogħdija tan-navigazzjoni

Negozji żgħar, ideat kbar - 06/05/2009

L-ewwel ġimgħa Ewropea għall-SMEs tappoġġja n-negozji ż-żgħar u tħeġġeġ l-intraprenditorija.

Madwar 99% tal-kumpaniji Ewropej huma negozji żgħar b'inqas minn 250 ħaddiem. Dawn il-kumpaniji huma magħrufa bħala SMEs (intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju). L-SMEs huma meqjusa bħala l-impjegaturi ewlienin u s-sors prinċipali ta' impjiegi ġodda. Għaldaqstant huma mistennija li jkollhom rwol kruċjali biex jixprunaw l-ekonomija Ewropea u joħorġuha mill-kriżi attwali.

Bejn is-6 u l-14 ta' Meju, il-Kummissjoni se torganizza l-ewwel ġimgħa Ewropea għall-SMEs българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska. Se jseħħu 'l fuq minn 1,000 avveniment f'35 pajjiż biex titqajjem kuxjenza fost l-intraprendituri dwar l-appoġġ disponibbli. Barra minn hekk, in-nies se jiġu mħeġġa biex jiftħu l-kumpaniji tagħhom stess.

Il-ġimgħa ta' attivitajiet hija maħsuba biex toħloq sħubija bejn l-UE u l-SMEs, fejn l-UE toffri appoġġ u pariri, filwaqt li n-negozji ż-żgħar isiru aktar kompetittivi u jistimulaw l-ekonomija. L-avvenimenti se jagħtu ċans lill-intraprendituri biex jaqsmu l-aqwa prassi u esperjenzi bejniethom.

L-attivitajiet se jqajmu kuxjenza dwar l-Att tal-UE dwar in-Negozji ż-Żgħar DeutschEnglishfrançais, li jaħdem biex joħloq l-istess opportunitajiet għall-kumpaniji ż-żgħar u ta' daqs medju kollha madwar l-UE u jgħinhom jikbru billi jrażżan il-burokrazija.

Il-prinċipju tal-Att "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" iħeġġeġ lill-fassala tal-politika biex iżommu f'moħħhom l-impatt ta' kwalunkwe regola ġdida dwar in-negozji ż-żgħar, biex b'hekk jevitaw li joħolqulhom piżijiet legali u amministrattivi żejda. Il-Kummissjoni qed tiffaċilita l-ħajja tal-kumpaniji ż-żgħar biex jiksbu l-appoġġ finanzjarju mill-Bank Ewropew għall-Investiment u tħeġġeġ lin-nies u liż-żgħażagħ biex jibdew in-negozju tagħhom.

Fil-ħames snin li għaddew, il-Kummissjoni llaxkat ir-restrizzjonijiet tal-appoġġ tal-gvern. B'dan l-aġir qed tissimplifika l-proċess għall-kumpaniji ż-żgħar biex japplikaw għall-kuntratti ta' akkwist pubbliku. Attwalment, qed tindirizza l-problema ta' ħlas tard minn kumpaniji li jingħataw servizz. Dan joħloq sitwazzjoni diffiċli għall-kumpaniji biex iħallsu l-kontijiet tagħhom stess fil-ħin u timponilhom li jgħaddu mill-proċess ta' falliment.

Portal web Ewropew għan-negozji ż-żgħar българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli