Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-ħlas tal-kontijiet - 08/04/2009

Raġel jirriċerka fuq kompjuter għal proġett iffinanzjat mill-fondi pubbliċi ©EC

Il-pagamenti tard għal xogħol li jkun sar, problema li dejjem titfaċċa fl-Ewropa, issa qed ifixklu l-irkupru mir-riċessjoni.

Ejja ngħidu li għandek negozju u għadek kif spiċċajt biċċa xogħol kbira. Issa trid titħallas, le? Mhux hekk hu. Il-fatt hu li jaf iddum ix-xhur sakemm ma tara l-ewwel sold.

Il-pagamenti tard English huma prattika mifruxa fid-dinja moderna, u l-UE mhix eċċezzjoni. Jagħmlu ħsara kbira lill-ekonomija Ewropea u jikkawżaw 1 minn 4 fallimenti, waqt li jintilfu madwar 450,000 impjieg kull sena. In-negozji ż-żgħar huma l-iktar vulnerabbli għax jiddependu fuq dħul fil-ħin biex iżommu l-fluss tal-likwidità, speċjalment bħalissa li l-banek qed joqgħodu lura milli jsellfu l-flus.

Forsi ħadd mhu iktar familjari ma' din il-problema daqs il-kuntratturi, għax meta jiġu biex iħallsu l-kontijiet fil-ħin, il-gvernijiet huma wħud mill-agħar.

Biex twieġeb għall-ilmenti li qed jiżdiedu, il-kummissjoni abbozzat leġiżlazzjoni li tintroduċi penali iktar ħorox kontra l-pagamenti tard.

Taħt id-direttiva proposta, l-awtoritajiet u l-entitajiet finanzjati pubblikament, se jiffaċċjaw multa ta' 5% għall-kontijiet li ma jitħallsux fi żmien 30 jum. Ikollhom iħallsu wkoll l-interessi fuq l-ammont dovut u jikkumpensaw lin-negozji għall-ispejjeż li jkollhom jagħmlu biex jitħallsu.

Se japplikaw l-istess regoli għall-klijenti privati li jħallsu tard, minbarra l-multa.

L-adozzjoni minnufih tal-leġiżlazzjoni tista' sserraħ xi ftit lill-kumpaniji mir-riċessjoni u tagħti spinta lill-integrazzjoni fost l-ekonomiji tal-UE. Pagamenti li jkunu tard ħafna jġiegħlu lill-kumpaniji joqgħodu lura milli jagħmlu negozju f'pajjiżi oħra, u jfixklu t-tkabbir u l-kompetittività.

Skont stħarriġ riċenti dwar in-negozju, l-awtoritajiet pubbliċi fl-Ewropa damu madwar 65 jum biex iħallsu l-kontijiet tagħom fl-2008, madwar 10 ijiem iktar mis-settur privat. Iżda l-medji nazzjonali jvarjaw ħafna, b'xi pajjiżi li jdumu aktar minn tliet xhur.

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni qalet li se tgħaġġel il-pagamenti iniżjali tas-sussidji u l-kuntratti tal-UE. Se taċċelera wkoll il-proċeduri ta akkwist, ngħidu aħna billi tistandardizza s-sejħiet għall-offerti u tippubblika s-sejħiet qabel.

L-ombudsman Ewropew staqsa lill-Kummissjoni għal rapport dwar l-isforzi tagħha biex tindirizza l-problema tal-pagamenti tard. Iktar minn 20% tal-pagamenti li saru fl-2007 saru tard.

Azzjoni tal-UE dwar pagamenti tard English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli