Mogħdija tan-navigazzjoni

mediċina b'aktar sigurtà - 10/12/2008

Sett ta' fliexken tal-mediċina ©KE

Il-kumpaniji farmaċewtiċi għandhom jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-mediċini bir-riċetta tat-tabib, u l-konsumaturi għandhom ikunu aktar imħarsa kontra l-mediċina falza.

Il-Kummissjoni ressqet proposti biex ittejjeb il-mod kif jopera s-suq tal-farmaċija fl-Ewropa u tiżgura li l-pazjenti jibbenefikaw minn mediċini sikuri, innovattivi u aċċessibbli.

Proposta minnhom tippermetti lill-industrija tqiegħed informazzjoni mhux promozzjonali dwar il-prodott English fuq l-internet jew pubblikazzjonijiet relatati mas-saħħa. B'hekk il-konsumatur ikun jista' jaċċess l-informazzjoni biex jiskopri dwar il-kompożizzjoni, l-użi u l-effetti tal-mediċini varji fis-suq. Attwalment, mhux iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom aċċess għal dan it-tip ta' tagħrif, parzjalment minħabba l-istandards li jvarjaw minn pajjiż għal ieħor.

L-Ewropej għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-mediċini u t-trattamenti disponibbli "għax hemm saħħithom fin-nofs," qal il-viċi-president Günter Verheugen, il-Kummissarju għall-intrapriża u l-industrija.

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jissorveljaw l-informazzjoni biex ikunu ċerti li din ma tiksirx il-projbizzjoni Ewropea dwar ir-reklamar ta' mediċina bi preskrizzjoni. L-għan tal-projbizzjoni hu li jevita l-konsum żbaljat tal-mediċini u biex ma tħallix il-prezz tal-mediċina jogħla żżejjed.

Miżuri oħra – inklużi l-fatturi obbligatorji tas-sigurtà bħall-kodiċi f'serje u s-siġill fuq il-pakketti - iħarsu l-konsumatur kontra l-mediċina falza English jew ta' periklu. Il-mediċina falza tippreżenta problema dinjija. Kulħadd kullimkien jista' jiltaqa' ma' mediċina ippakkettata b'mod li tidher leġittima iżda li ma jkunx fiha l-ingredjenti tajbin jew - agħar minn hekk - tkun mimlija b'sustanzi tossiċi.

Sfortunatament, il-mediċina falza hija negozju kbir, b'bejgħ li mistenni jlaħħaq it-€58bn globalment fl-2010 ('il fuq minn 90% aktar mill-2005). Biex jeqirdu dan in-negozju, il-proposti l-ġodda jirrikjedu li l-manifatturi jeżerċitaw kontroll fuq il-kumpaniji li jipproduċi l-ingredjenti attivi. Ix-xerrejja wkoll ikollhom jikkontrollaw id-distributuri bl-ingrossa.

Meta wieħed iqis li r-reazzjonijiet għall-mediċini jikkawżaw kważi 200,000 mewt fis-sena fl-UE, il-pjan fih ukoll proposti li jsaħħu u jiċċaraw is-sistema Ewropea għas-sorveljanza tas-sigurtà tal-mediċina English.

Il-pjan jinkludi taħdidiet fost il-pajjiżi tal-UE dwar kif jista' jkun hemm aktar trasparenza fid-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet u r-rimbors u kif tista' tingħata spinta lir-riċerka farmaċewtika. Huwa jissuġġerixxi aktar kooperazzjoni mal-Istati Uniti tal-Amerka, il-Ġappun u l-Kanada fejn tidħol is-sigurtà.

Aktar tagħrif dwar il-prodotti farmaċewtiċi fl-UE English.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli