Mogħdija tan-navigazzjoni

Brussell tħeġġeġ lill-produtturi tal-karozzi biex jibqgħu fuq it-triq favur l-ambjent - 29/10/2008

Triq minħuqa bit-traffiku © EC

L-UE se tgħin lill-produtturi tal-karozzi biex jiżviluppaw karozzi favur l-ambjent.

Il-kriżi finanzjarja globali diġà kissret bosta banek Ewropej. Issa qed tolqot l-industrija Ewropea tal-karozzi. L-akbar produttur dinji tal-vetturi bil-mutur.

Il-bejgħ tal-karozzi naqas drastikament. Dan wassal lill-produtturi biex irażżnu l-produzzjoni u jnaqqsu t-tbassir għall-profit. Xi fabbriki Ġermaniżi u Franċiżi għalqu b'mod temporanju minħabba ż-żieda fit-tħassib li l-UE miexja lejn riċessjoni.

Fid-dawl tal-problemi ekonomiċi, il-Kummissjoni qed tirrevedi l-istrateġija għal din l-industrija. Fid-29 ta' Ottubru saret konferenza fi Brussell biex jiġu analizzati r-riżultati u jinġabru l-opinjonijiet.

Il-konferenza sseħħ hekk kif l-UE tiddibatti leġiżlazzjoni biex jitnaqqsu bi kwinta l-emissjonijiet tal-karozzi English mid-dijossidu tal-karbonju – għal 130g/km sal-2012. Il-parteċipanti laħqu ftehim fuq il-għan li jiġu żviluppati karozzi favur l-ambjent bħala mod biex ikun miġġieled it-tisħin globali kif ukoll tinżamm il-kompetittività fl-industrija. Se jitwaqqaf grupp ta' ħidma biex jippromwovi karozzi favur l-ambjent.

Il-karozzi jikkontribwixxu għal madwar 12% tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-konferenza qablet li l-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet għandhom jiffukaw mhux biss fuq il-vetturi iżda wkoll fuq il-fjuwil, ix-xufiera u t-toroq. Barra minn hekk ir-riċerka għandha tiffoka fuq l-aktar teknoloġiji promettenti bħall-karozzi li jaħdmu bl-ibridu, l-elettriku u l-idroġenu.

Il-Kummissjoni fasslet l-istrateġija tagħha għall-industrija tal-karozzi fl-2007. Il-pjan komprensiv jippjana għanijiet biex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji, jittejjeb l-aċċess għas-swieq barranin, titrawwem l-innovazzjoni permezz ta' riċerka u tiżdied is-sigurtà fit-trasport.

Il-produtturi tal-karozzi insistew mal-UE għal self ta' €40 biljun bħala għajnuna għall-iżvilupp ta' vetturi favur l-ambjent. L-idea kisbet appoġġ fl-Ewropa wara li riċentament l-Istati Uniti approvaw self b'interess baxx għal €20 biljun ($25 biljun) lill-industrija Amerikana tal-karozzi biex tiffinanzja karozzi aktar effiċjenti fil-fjuwil.

Il-limiti fl-emissjonijiet tal-karozzi jagħmlu parti minn pakkett dwar it-tibdil klimatiku li l-UE għandha l-għan li tapprova sal-aħħar tas-sena. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-gvernijiet tal-UE biex ma jħallux li l-pakkett jisfa vittma tar-riċessjoni ekonomika.

Xprun ewlieni tal-ekonomija Ewropea hija l- industrija tal-karozzi English li tirrapreżenta madwar 3% tal-PGD u 7.5% tal-manifattura b'mod ġenerali. Din direttament timpjega 'l fuq minn 2 miljun persuna filwaqt li tappoġġja mill-inqas 8 miljun impjieg ieħor.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli