Mogħdija tan-navigazzjoni

Approvazzjoni għal aktar programmi ffinanzjati mill-gvern - 08/07/2008

Neelie Kroes u l- predeċessur Mario Monti matul  konferenza

Il-gvernijiet ta' l-UE li jippjanaw biex jipprovdu fondi pubbliċi għal negozji m'għandhomx jgħarrfu l-Kummissjoni jekk l-iskema hija mmirata li tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku

Il-Kummissjoni ssimplifikat ir-regoli ta' l-UE għall-finanzjament ta' l-għajnuna pubblika lejn programmi li joħolqu mpjiegi u jħeġġu l-attività ekonomika speċjalment dawk li huma mmirati lejn negozji żgħar u ta' daqs medju.

Taħt "eżenzjoni settorjali ġenerali" ġdida, bosta proġetti mhumiex meħtieġa li jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni. Qabel, il-Kummissjoni kienet teżamina dawn it-tipi ta' appoġġ statali English mill-pajjiżi ta' l-UE, sabiex tassigura li dawn ma jimponux vantaġġ kompetittiv inġust.

Il-Kummissarju Neelie Kroes qalet li "dawn ir-regoli l-ġodda jistupulaw qafas ċar biex jippermettu lill-istati membri biex jagħtu għajnuna mmirata lejn il-ħolqien ta' l-impjiegi, jagħtu spinta lill-kompetittività u jtejbu l-ambjent mingħajr il-ħtieġa li tintervjeni l-Kummissjoni". 

Il-kategoriji ta' appoġġ li jikkwalifikaw għal approvazzjoni awtomatika kważi ttripplaw għal 26.Il-kategoriji l-ġodda jinkludu programmi li jħarsu l-ambjent, itejbu l-effiċjenza ta' l-enerġija u jħeġġu l-innovazzjoni.Għall-ewwel darba r-riskju tal-kapital u l-appoġġ għan-nisa fin-negozju huma eżentati wkoll.

B'mod partikolari, ir-regoli l-ġodda jiffukaw biex jiffaċilitaw għall-kumpaniji ż-żgħar biex jirċievu fondi statali billi jippermettu sa €7.5 miljun fl-investiment ta' għajnuna għal proġett. L-idea hi li ċertu kategoriji ta' appoġġ mingħand il-gvern huma b'mod ċar konformi ma' l-għanijiet ta' l-UE u għandhom jiġu approvati awtomatikament.

Ir-raġuni għal-liema l-Kummissjoni tiċċekkja l-proposti għall-appoġġ statali hija li tissorvelja l-protezzjoniżmu u tħeġġeġ il-kompetizzjoni ġusta - għal ekonomija aktar b'saħħitha. Iżda l-proċess jista' jiswa ħafna flus u jieħu ħafna żmien, għalhekk l-UE qed timplimenta għadd ta' miżuri simplifikati bħala parti mill-istrateġija tagħha għat-tkabbir eknomiku u għall-impjiegi DeutschEnglishfrançais .

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli